STQARRIJA STAMPA – ĦRUĠ TA’ PERMESSI TA’ UFFIĊJI FIL-FLORIANA

L-għanjiet tal-politika tal-ippjanar għall-Floriana, kif deskritt fil-Pjani Lokali taz-zona tal-Port il-Kbir li hemm bħalissa jirriflettu b’mod ċar il-problema rikonoxxuta ta’ interessi varji fil-lokal tagħna tal-Floriana, fejn il-bilanċ bejn użu residentenzjali u kummerċjali qed jinbidel għad-detriment tal-komunità residenzjali. Il-komunità vera li tagħti l-ħajja lil-lokal.

Din il-problema, li hija msemmija ferm u ta’ spiss mill-Kunsill Lokali kollu Furjaniż hija rikonoxxuta speċifikament mill-Policy GF 15, policy li hija mfassla biex tikkontrolla b’mod strett hafna aktar uffiċċji ġodda fil-Floriana. Dan suppost sabiex iwaqqaf it-tnaqqis ta’ popolazzjoni residenzjali fil-lokal, sabiex ikun hemm aktar lok għal bini residenzjali, li permezz tagħha l-popolazzjoni tal-Floriana terġa tieħu r-ruħ.

Sfortunatament il-Kunsill Lokali tal-Floriana jistaqsi, dan qiegħed isir? Din il-policy, din il-politika qed tiġi mħarsa kif suppost? Fl-aħħar snin ingħataw permessi għal akkomadazzjoni ta’ uffiċċji ġodda u dan l-iżvilupp jinvolvi mill-ġdid, il-bidla tal-użu tal-bini residenzjali għal dak kummerċjali. Dan qed iwassal biex jinħoloq preċident mhux mixtieq. Azzjoni li mhux tħares il-politika li suppost tħares il-lokal Furjaniż, azzjoni li tipperikola l-politika tal-Pjan Lokali biex iżomm u ssaħħaħ il-komunità residenzjali fil-Floriana.

L-appell tal-lokalità Furjaniża kollha huwa ċar; hemm bżonn li l-Floriana tingħata widen tassew, il-Kunsill iħeġġeġ lil dawk kollha konċernati biex il-politika ta’ ħarsien tal-lokal, mill-ġdid, tkun implimentata b’saħħa u kif suppost biex ftit ftit il-problema ta’ riġenerazzjoni fil-lokal tibda’ tiġi megħluba. Dan m’hu xejn aktar milli suppost, il-Floriana u l-komunità tagħha qed nitolbu ħarsien, ħarsien li għandu jħaddan u jħares il-komunità Furjaniża li hija l-qalb tal-lokal innifsu.
ISSUING OF OFFICE PERMITS IN FLORIANA

The planning policy objectives for Floriana, as described in current Local Plan for The Grand Harbour Area clearly reflect the tension of opposing interests in Floriana: namely the erasing of the residential fabric to make space for new office / commercial development. This comes to the detriment of the residential community – the true community which is the life and blood of the neighbourhood.

This problem, a primary concern for the Floriana Local Council is specifically recognized by Policy GF 15, a policy which is designed to strictly control new office development in Floriana.

The Floriana Local Council hereby asks if the Policy GF 15 is being respected and adhered to by the Planning Authority. Recent years have witnessed a surge of new office spaces where this involves a change of use from residential buildings to business spaces. This is creating an undesirable precedent. The disregard to Policy GF 15 goes against the protection of the Floriana neighbourhood.
The Council’s appeal is an obvious one – we strongly urge all authorities concerned to respect the policies which safeguard our locality and community.

0 replies

Leave a Reply

Want to join the discussion?
Feel free to contribute!

Leave a Reply

Your email address will not be published.