Laqgħa Annwali: 24/09 fis-7pm

Laqgħa Annwali tal-Lokalità, se ssir it-Tlieta, 24 ta’ Settembru, 2019 fis-7.00pm, fil-binja tal-Kunsill Lokali.

Residenti huma mitluba jattendu.

RITRATTI: Clean-Up f’zoni fil-Floriana.

Waqt il-‘Clean-Up’ 🧹♻️ li organizza l-Kunsill Lokali tal-Floriana dalgħodu.

💚 Grazzi lil kull min ta sehmu u kien preżenti. 💚

➡️ Jalla iżda l-attendenza għall-attivitajiet bħal dawn tkompli żżid.

Ħobb fejn tgħix, u fejn taħdem, żomm il-Floriana nadifa. 💚

ĠENNA TA’ ĠONNA 2019: Żomm il-Ħadd 13 ta’ Ottubru liberu!

Segwi hawn l-attività fuq Facebook.

M’hemmx dubju li l-Floriana hija ‘Ġenna ta’ Ġonna’ 🌳🌷 għax tipposjedi l-akbar numru ta’ ġonna pubbliċi f’Malta mxerrdin mal-konfini tagħha, iżda għandha wkoll ħafna aktar x’toffri. Wara s-suċċessi fi snin preċedenti, din is-sena se ssir għad-disa’ edizzjoni l-attività ‘Ġenna ta’ Ġonna’.

Bil-kollaborazzjoni ta’ diversi organizazzjonijiet li qegħdin fil-Floriana, dakinhar se jkunu miftuħin il-ġonna kollha li għandna fil-Floriana, mużewijiet, binjiet storiċi u postijiet ta’ interess. Fid-diversi postijiet se jkun hemm gwida li tispjega l-valur storiku tal-post.

Fost l-attrazzjonijiet se jkun hemm manuskritti antiki u patrijiet ibbalzmati fil-Kunvent tal-Kapuċċini, ċans li titla’ fuq il-kampnar tal-Knisja Arċipretali ta’ San Publju, il-ġonna “sigrieti” fis-swar, xogħol mill-artisti taħt il-loġoġ, reċtar ta’ xeni storiċi li ġraw fil-lokalità, it-tajr li kien ikun hemm fuq il-Fosos, l-akbar pjazza f’pajjiżna, xeni mill-isbaħ li l-Floriana għandha x’toffri u li ftit nies tul il-jum japprezzaw u kif ukoll bosta attivitajiet oħra li se jkunu mħabbra fil-jiem li ġejjin.

Għalhekk żommu l-Ħadd 13 t’Ottubru 2019 liberu biex issiru tafu aktar minn qatt qabel kemm hi sabiħa u sinjura l-Floriana tagħna fl-istorja, fl-arti u fl-ambjent tagħha.

Għal iktar informazzjoni wieħed għandu jikkuntattja l-Kunsill Lokali tal-Floriana fuq 2123 5523 jew email fuq floriana.lc@gov.mt.

Undoubtedly Floriana is a “Heaven of Gardens” 🌳🌷 since it possesses the largest number of public gardens on the island spread throughout this suburb. However Floriana has a lot more to offer. After the success of the previous years, this year there is going to be the 9th edition of “Ġenna ta’ Ġonna” (Heaven of Gardens)

In collaboration with various organisations within Floriana, on Sunday 13th October you will be able to visit all gardens, museums, historical buildings and other places of interest in our locality. In most places there is even going to be guided tours.

Amongst the attractions there is going to be old manuscripts and mummified bodies of priests under the Cappuccin convent. Also not to be missed is the opportunity to go up the bell tower of St. Publius Parish Church. Explore the secret gardens within the bastions and works of art under the arches on St. Anne’s Street, and enjoy scenes that only Floriana can offer. Some scenes that only a handful of people do appreciate during the day.

We urge that you keep Sunday 13th October 2019 free so you get to know how beautiful and rich Floriana is in its story, art and environment.

More activities shall be announced in the coming days, and for more information you may contact the Floriana Local Council on 21235523 or via email floriana.lc@gov.mt.

Is-Sibt li ġej l-attività: ‘Żomm l-Indafa fil-Floriana’

Is-Sibt li ġej, 14 ta’ Settembru se tittella’ l-attività ‘Żomm l-Indafa fil-Floriana’. 🧹 Inħeġġu l-għaqdiet Furjaniżi u l-entitajiet li jinsabu fil-lokal biex jipparteċipaw. Din hi opportunità perfetta għall-komunità lokali biex tagħmel differenza flimkien mal-ħbieb tagħhom, ġirien, tfal, ħaddiema, u anke bil-kumpanija tal-annimali domestiċi tagħhom!

L-attività tagħna fuq Facebook: Żomm l-Indafa fil-Floriana.
Ftakar:

Għandek bżonn żarbun komdu għall-mixi;

✅ Ħu nota tad-dettalji u fejn se niltaqgħu għall-attività tat-tindif.

✅ Ġib miegħek flixkun ilma (preferibbilment uża flixkun li tista’ terġa’ timla ħalli nnaqsu l-konsum tal-plastik);

✅ Aħsiblu għall-protezzjoni kontra x-xemx (nuċċali tax-xemx, sunscreen, beritta) sabiex tkun protett mill-ħsara tar-raġġi UV;

Aħna se nipprovdu l-apparat għat-tindif fosthom ingwanti, għalkemm jekk għandek tiegħek personali tiddejjaq xejn iġġibhom miegħek!

Wassal il-kelma dwar din l-attività ma’ sħabek! Kulħadd mistieden.

⏩ Niltaqgħu għal din attività s-Sibt li ġej fit-8am fejn il-binja tal-Kunsill.

💚 Ħobb fejn tgħix, u fejn taħdem, żomm il-Floriana nadifa. 💚

Se nibdew fid-9 ta’ filgħodu sakemm innadfu ż-żona. Għalhekk għandna bżonn l-appoġġ tiegħek.

—-

We need your help! Join us in our mission to make our Floriana cleaner and tidier!

This is the perfect opportunity for the local community to make a difference with their friends, neighbours, children, workers and pets of the area.
Remember:

✅ You will need to wear comfortable walking shoes.

✅ Bring your own water bottles (preferably refillable ones to reduce plastic consumption)

✅ Bring the required sun protection (sun glasses, sunscreen, caps) to stay safe from the harmful UV rays.

We will provide cleaning equipment including gloves although if you have your own please feel free to bring them.

Share this event with your friends! All are invited.

⏩ We hope to see you there, next Saturday, infront of the Floriana Local Council.

💚 Ħobb fejn tgħix, u fejn taħdem, żomm il-Floriana nadifa. 💚

Il-‘Pride Week’ fil-Floriana

Il-Kunsill Lokali tal-Floriana qiegħed jiċċelebra d-diversità fl-okkażżjoni tal-Pride Week. 🏳️‍🌈 🇲🇹

Intant is-Sibt li ġej fl-14 ta’ Settembru se tittella’ l-‘Pride March’ li se tibda mil-lokalità tagħna.

Se tittella’ t-13-il edizzjoni tal-Festival tal-logħob tan-nar tal-art

Il-Kunsill Lokali Floriana ser jorganiżża b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Ministeru għat-Turiżmu, it-tlettax-il edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat fuq il-Fosos tal-Floriana. It-Tlettax-il Edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat, nhar is-Sibt 4 ta’ Mejju, 2019.

Il-Festival ta’ din is-sena ser jerġa’ jkun wieħed kompetittiv u b’parteċipazzjoni ta’ tmien Kumplessi / Għaqdiet tan-Nar li ser ikunu qed jikkompetu għat-titlu billi jesebixxu żewġ biċċiet tan-nar mekkanizzati. Dan il-festival, issa magħruf sew għall-irdieden kbar li jiġu esebiti, ser isir bħal dejjem fl-akbar pjazza f’Malta – Pjazza San Publiju, fuq il-Fosos tal-Floriana lejliet il-festa titulari tal-Floriana ad unur ta’ San Publju. Il-Festival tal-Logħob tan-Nar tal-Art ser jibda fl-10.30 pm. B’kollox ser ikun hemm 16-il biċċa ta’ struttura tikkompeti.

Ir-rebbieħ tal-Festival ser jiġi magħżul fuq l-aħjar merti fi tliet kategoriji:

i. għall-aħjar mekkaniżmu,
ii. għall-aħjar prodotti użati,
iii. għall-aktar esebizzjoni oriġinali f’dawk li huma disinn u movimenti.

Kull kategorija jkollha rebbieħ li jingħata trofew filwaqt li r-rebbieħ fost il-kategoriji kollha jiġi ddikjarat bħala r-rebbieħ tal-festival u jingħata trofew u “shield” li tinżamm għal sena.

Il-ġurija ser tkun magħmula minn tliet pirotekniċi internazzjonali. Chairman Malti ikun bħal kull sena, persuna intiża fil-piroteknika Maltija. Il-ġurija ser tevalwa x-xogħlijiet tan-nar waqt l-armar, waqt il-ħruq u anke permezz ta’ filmati, biex finalment tkun f’pożizzjoni li tħabbar ir-rebbieħa nhar it-Tnejn 6 ta’ Mejju filgħaxija.

Is-sena l-oħra, l-edizzjoni ta’ dan il-Festival Nazzjonali ntrebħet mill-Kumpless tan-Nar 15 ta’ Awwissu tal-Mosta. Bi pjaċir il-Kunsill iħabbar li l-dan il-kumpless tan-nar aċċetta l-istedina li jagħlaq il-Festival b’tapit maħdum minnhom.

Il-parteċipanti tal-Festival huma:

Għaqda tan-Nar Soċjetà Mużikali San Gabriel – Balzan

Kummissjoni tan-Nar San Pietru fil-Ktajjen – Birżebbuġa

Kumpless tan-Nar Madonna taċ-Ċintura – Il-Gudja

Kumpless tan-Nar 15 t’ Awwissu – Il-Mosta

Kumpless tan-Nar Madonna tal-Ġilju – L-Imqabba

Kumpless tan-Nar San Filep – Ħaż-Żebbuġ

Kumpless tan-Nar Madonna tal-Karmnu – Iż-Żurrieq

Kumpless tan- Nar Santa Katarina – Iż-Żurrieq

F’każ li ma jkunx possibli li dan il-Festival isir fil-ġurnata skedata minħabba maltemp, ġie deċiż li dan isir l-għada l-Ħadd 5 ta’ Mejju fl-istess ħin wara li tidħol il-purċissjoni ta’ San Publju.

———————-

The Thirteenth Edition of the National Mechanised Ground Fireworks Festival

The Floriana Local Council is pleased to announce that in collaboration with the Malta Tourism Authority and the Ministry for Tourism, it will organize the thirteenth edition of the National Mechanised Ground Fireworks Festival at the Granaries in Floriana, on Saturday 4 May, 2019.

The festival this year will once again be of a competitive nature, where eight Fireworks Factories Complex / Organizations will be competing for the coveted title by each exhibiting two mechanised catherine wheels. This festival, now well known for these large fireworks structures, will be held as always is, in the largest square in Malta – St Publius Square, on the Granaries in Floriana, one the eve of the feast in honour St. Publius. The Festival kick-starts at 10.30 p.m.

The Festival winner will be chosen on the merits of three categories:

i. best mechanism,
ii. best products used,
iii. for the most original exhibition in terms of design and movement.

Each category winner has an assigned trophy while the overall winner is declared the winner of the festival and is awarded a trophy and a shield to be kept for one year.

The jury will be composed of three international pyrotechnics. A Maltese national, an expert in the local pyrotechnic tradition, acts as Chairman to the jury. The jury will evaluate the fireworks during assembly, during combustion and also through videos, to finally be able to announce the winners on Monday 6th May in the evening.

Floriana Mayor Davina Sammut Hili said that the need was felt to revisit the festival, in order to attract larger crowds and keep old ones expecting more. A new initiative this year will be that the previous edition’s winner is commissioned to close the festival with a display locally known as ’it-tapit’ (the carpet) that crosses the entire width of the Granaries. The Council sought to take advantage of the the biggest square in Malta, to hype up the evening of Maltese pyrotechnic spectacle.

Minister for Tourism, the Hon. Konrad Mizzi lauded this festival and the council’s efforts along the years, and stressed his belief that this event could grow and its quality improved. Thus the Malta Tourism Authority felt the need to aid and support this festival and firmly place in the annual tourist calendar, brim filled with events for different age groups. He added that ground fireworks are beautiful local attractions, drawing interest not just from the local public, but also from tourists who appreciate such local talent, a talent that our country indeed excels in.

Last year’s festival edition was won by 15th August Fireworks Comples of Mosta. The Council is also pleased to announce that the same fire complex has accepted the invitation to close the festival with the ‘tapit’.

Mechanised Groundfireworks is a quintessential Maltese identity and unique in the field of international pyrotechnics. Foreign pyro technicians who visit every year this international festival are simply amazed at Malta’s product. It is indeed unique in the world, that during every week in the Maltese summer season, one can enjoy a show of large mechanised structures in Malta’s and Gozo’s towns and village squares.

The Festival’s participants are (in alphabetical order, by locality):

St. Gabriel’s Band Club Fireworks Association – Balzan

St. Peter in Chains Fireworks Commission – Birżebbuġa

Our Lady of the Girdle Fireworks Comples – Gudja

15th August Fireworks Complex – Mosta

Our Lady of the Lily Fireworks Complex – Mqabba

St. Philip Fireworks Complex – Żebbuġ

Our Lady of Mount Carmel Fireworks Complex – Żurrieq

St Catherine Fireworks Complex – Żurrieq

In case of inclement weather the festival will be held the following evening, Sunday 5th May, at 10.30pm.

St. Patrick’s Sunday – il-festa ta’ San Patrizju fil-Floriana

Il-Festa ta’ San Patrizju, li ilha tiġi ċċelebrata fil-Floriana mill-bidu tas-seklu 20. Din is-sena se tkun iċċelebrata nhar il-Ħadd 10 ta’ Marzu f’Balzunetta.

Din il-festa tal-qaddis prottetur tal-Irlanda għandha rabta speċjali ma dak kollu li huwa aħdar u kien fil-bidu tas-seklu 20 meta bdiet it-tradizzjoni li l-Furjanizi jissejjħu bħala tal-Irish. Dan hekk kif dak iż-żmien suldati Irandliżi kienu stazzjonati fiż-żona ta’ Balzunetta.

Fl-1905 imbagħad kienet intlagħbet logħba futbol bejn il-Klabb tal-Floriana u t-tim Irandiż. Dak iż-żmien it-tim ta’ Floriana FC kien jilgħab bil-kuluri aħdar u aħmar iżda wara dik il-logħba bdew jilgħabu bil-kuluri tal-irlanda, aħdar u abjad, hekk kif kien hemm skambju tal-flokkijiet wara l-partita.

Spettaklu ta’ din is-sena se jingħata minn Alex Grech Reflax, Ozzy Lino, Owen Leuellen, Kevin Borg u Zone Five Band.

Din se tkun is-seba’ edizzjoni li se tkun iċċelebrata St Patrick’s Sunday fil-Floriana b’attività mill-Kunsill Lokali.

Idħol fl-attività fuq Fecebook hawnhekk.

Mill-pinna tal-passat ta’ Profs Henry Frendo

Tkellimna ma’ Profs. Henry Frendo, fejn qalilna aktar fuq il-passat tiegħu fil-Floriana. Persuna ta’ ġieħ bħala storiku u lettur, iżda wkoll bħala Furjaniż.

Missieri u ommi twieldu Balzunetta (Strada Conservatorio) qabel il-gwerra, filwaqt li jien u ħuti trabbejna l-Floriana, Pjazza Sant’Anna kantuniera ma’ Strada San Tommaso. Il-purċissjoni u l-marċ f’San Publju kienu jgħaddu minn taħtna u għal numru ta’ snin il-pjanċier bil-banda kien jintrema’ f’nofs il-pjazza quddiemna. In-nanniet ukoll kienu joqogħdu l-Floriana sew min-naħa ta’ ommi (Felice; in-nannu Victor kien membru tal-konfraternita’ ta’ San Publju) u sew min-naħa ta’ missieri (in-nannu Hennie, l-Avv. Enrico Frendo, li ghħl xi żmien kien president tal-Vilhena) li kienu joqogħdu Strada Nuova, lejn is-sur. Missieri Joey kien jilgħab mat-Tigers u għal xi żmien maż-żgħar tal-Ajax. Kien ukoll segretarju tal-kumitat ċiviku tal-Floriana. Huh, l-avv. Victor, kien president tal-Floriana F.C.

Taħtna fl-appartamenti ta’ Carbone kellna s-Central Bar ta’ Charlie u Baskal u n-neputijiet Raymond u Pullu. Fil-ħanut viċin tal-merċa f’San Tommaso kien hemm Karmenu u Kikku ibieghu l-ħobż (kien hemm il-forn viċin ukoll) u l-ikel ta’ kuljum, u jqartzu fil-karta strazza. Fuq in-naħa l-oħra fuq Sant’Anna kellna lil ta’ Londra (The London Confectionery) ta’ Ġużeppi Falzon, li kien qisu ċentru soċjali, kif sar il-Fsobians fi żmien Lolly Tonna. Ġuzeppi ta’ Londra kien famuż sew għaz-zeppoli, l-itjeb zeppoli li qatt doqt, u San Ġużepp kienet il-festa ta’ missieri u ommi Ġuża. Nikftakar lil bintu tferra il-għasel mill-ġarra għal fuq iz-zeppoli fil-ħanut.

Fi tfulili kont immur l-istadium ma’ missieri speċjalment meta kienu jilgħabu l-Floriana u s-Sliema. L-agħar kienu tal-Belt, dejjem aggressivi, intolleranti u vjolenti, igarawlna l-ġebel u jiggranfaw mill-firdiferru qishom xadini. Fil-ħamsinijiet Floriana FC kienu jirbħu kważi kollox u quddiemna kellna festa, kultant bl-iljun mizbugħ blu wara xi telfa ma’ Tas-Sliema. Niftakar sew lil Lolly Borg, Lolly Debatista, Ġużi Alamango u l-Koku Pullu d’Emmanuele, wara lil Louis Arpa li kien ifakkarni fil-Lolly Borg, u tant oħrajn. Niftakar lil Alamango bil-baqqun u ċorma tfal miegħu, jien wieħed minnhom, joħorġu lill-iljun mill-kamretta li kienu għalquh fiha taht il-loġoġ, quddiem l-ispizerija u Salvu Seba’ Soldi (‘Salvo’s Bar’), minħabba xi xogħlijiet fi Strada Sant’Anna.

Fil-festa, fl-Istrina u fil-Għid kienet tigi ghandna l-familja kollha. Konna ndumu nqasqsu l-karti u l-fided xhur ghal fuq il-marc u l-vara, li jien bħalha kelli waħda żgħira wkoll. Darba waqgħali l-imqass mal-karti u ġie fuq ras wieħed bil-qargħa; mirakolosament ma ferieħx. Bħala tfal konna niffrekwentaw il-Mall, Fuq il-Fosos, ix-Xagħra, l-Argotti, il-Biskuttin, u kont għamilt ħafna ħbieb speċjalment fil-Legion of Mary (fil-kampnar) u l-Fsobians bit-table tennis. Meta nfetaħ il-Youth Centre il-Vici, Dun Pawl Camilleri, kien talabni nagħmel diskors. Kont għadni student. Dak iż-żmien kont ukoll naqra l-quddiesa minn fuq il-mikrofonu ħdejn l-artal. Eventwalment itgħarrast lil Margaret Debono, li kienet tiġi n-neputija ta’ l-Arċipriet, Dun Alwiġ. Illum hi marti u omm it-tlett uliedna.

Naturalment fejn tkun toqgħod jimmarkak f’ħafna sensi, sbieħ u koroh. Mingħand Pawlu Dimech, faċċata, fejn kien jgħammar il-Futru (li dwaru Ċeċil Satariano ġibed film), kont tixtri l-gazzetta. Taħtna għal bosta snin kien hemm il-każin Nazzjonalista li ma nafx kemm il-darba tfarrak u qatt ma ġie arrestat ħadd. Kull min kien dieħel jew ħiereġ mill-belt kien jgħaddi minn quddiemna.

Il-konnessjoni mal-Furjana baqgħet u mhix l-ewwel darba li l-aħwa niltaqgħu fil-festa u mmorru għall-Antifona. Ommi u missieri meta ġew neqsin it-tnejn kellhom il-quddiesa funebri f’San Publju, filwaqt li jien għadni sal-lum President Onorarju tal-Vilhena. Meta l-Kunsill onorani b’Ġieħ il-Floriana fl-2002 is-Sindku kien annunzja fuq il-Fosos li “l-ewwel Sindku ta’ Ħ’Attard kien mill-Floriana”. Snin wara ngħatajt ukoll Ġieħ Ħ’Attard, fejn kont mort noqgħod wara li żżewiġt.

Imma l-punt ta’ l-oriġini jibqa’ dejjem wieħed, tgħix fejn tgħix, u dan ma jista’ jibdlu ħadd.

L-iskeda ta’ ġbir tal-iskart

Din l-iskeda qed tittella’ biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jsegwi minn fuqha kif wieħed għandu joħroġ l-iskart.

Dan il-flyer uffiċjali li ser jinħareġ minn Wasteserv, li eventwalment ser titqassam bieb bieb.

Żomm il-Floriana nadifa. Ħobb fejn tgħix.

 

Kompetizzjoni Fotografika 2018

Segwi hawn ir-regoli tal-kompetizzjoni: Regulations – Photographic Competition 2018

Segwi hawn l-applikazzjoni għall-kompetizzjoni: Application Form.

Id-dħul għall-kompetizzjoni jibqa’ miftuħ sal-14 ta’ Novembru 2018.