Il-Kummissjoni tan-Nar San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa rebbieħa tal-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat

Jitħabbru r-riżultati tal-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat 2026.

Ir-rebbieħa tal-festival kienu l-Kummissjoni tan-Nar San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa, li kisbu l-ogħla unur ta’ din il-kompetizzjoni prestiġjuża li ttellgħat fi Pjazza San Publju, fuq il-Fosos tal-Floriana, is-Sibt 18 ta’ April.

Fil-kategoriji rispettivi, dawn kienu r-riżultati:

  • Kategorija 1 – Raddiena Mekkanizzata tal-Katina: Kamra tan-Nar San Filep, Ħaż-Żebbuġ – Għaqda Każin Banda San Filep (Omm il-Baned Maltin)
  • Premju ta’ Mertu, Kategorija 2 – Raddiena Mekkanizzata tal-Universal: Għaqda Piroteknika San Pawl, Safi
  • Kategorija 3 – Raddiena Mekkanizzata 2D: Għaqda tan-Nar Marija Bambina, Naxxar (A.D. 2012)
  • Kategorija 4 – Raddiena Mekkanizzata 3D: ma kien hemm l-ebda parteċipazzjoni
  • Kategorija 5 – Raddiena Mekkanizzata tal-Funtani tal-Kulur: Kummissjoni tan-Nar San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa

Il-Premju ta’ Mertu għall-isportsmanship ingħata lill-Għaqda tan-Nar Marija Bambina, Naxxar, bħala rikonoxximent għall-ispirtu sportiv u l-kontribut tagħhom matul il-festival.

Il-ġurija għal dan il-Festival kienet komposta minn Luis Fuentes minn Spanja, Mark Kelsall mir-Renju Unit u Roberto Orlando mill-Italja.

Il-Kunsill Lokali jesprimi r-ringrazzjament tiegħu lill-kmamar tan-nar kollha li pparteċipaw, kif ukoll lill-Għaqda Piroteknika Maltija, lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u lill-Valletta Waterfront għall-appoġġ u l-kollaborazzjoni tagħhom fl-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment.

Għall-preżentazzjoni tar-riżultati attendew is-Sindku Nigel Holland, il-Viċi Sindku James Aaron Ellul u l-Kunsillier Dale Cachia, flimkien ma’ Stanley Azzopardi f’isem l-Għaqda Piroteknika Maltija.

Kummissjoni tan-Nar San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa wins the National Mechanised Ground Fireworks Festival

The results of the National Mechanised Ground Fireworks Festival 2026 have been announced.

The overall winners of the festival were Kummissjoni tan-Nar San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa, who obtained the highest honour in this prestigious competition held at St. Publius Square, the Floriana Granaries, on Saturday 18 April.

The results by category were as follows:

  • Category 1 – Mechanised Chain Catherine Wheel: St. Philip Fireworks Factory, Ħaż-Żebbuġ – St. Philip Band Club Association (Mother of Bands)
  • Merit Award, Category 2 – Mechanised Universal Catherine Wheel: St. Paul Pyrotechnic Association, Safi
  • Category 3 – Mechanised 2D Catherine Wheel: Maria Bambina Fireworks Association, Naxxar (A.D. 2012)
  • Category 4 – Mechanised 3D Catherine Wheel: no participation was registered
  • Category 5 – Mechanised Colour Fountain Catherine Wheel: St. Peter in Chains Fireworks Commission, Birżebbuġa

The Merit Award for Sportsmanship was presented to the Maria Bambina Fireworks Association, Naxxar, in recognition of their sportsmanship and contribution throughout the festival.

The jury for this Festival was composed of Luis Fuentes from Spain, Mark Kelsall from the United Kingdom, and Roberto Orlando from Italy.

The Local Council extends its gratitude to all participating fireworks factories, as well as to the Malta Pyrotechnic Association, the Malta Tourism Authority, and Valletta Waterfront for their support and collaboration in the organisation of this event.

Present for the awards presentation were Mayor Nigel Holland, Deputy Mayor James Aaron Ellul, and Councillor Dale Cachia, together with Stanley Azzopardi representing the Malta Pyrotechnic Association.

RITRATTI: Imtella’ l-attività TAĦT IL-LOĠOĠ

Memorji mill-attività TAĦT IL-LOĠOĠ li saret fi Triq Sant’Anna l-Ħadd li għadda, 12 ta’ April.

📷 Elisa Von Brockdorff

Imtella’ s-serata tal-premijiet ta’ Jum il-Floriana 2026

Jum il-Floriana – Serata ta’ Premijiet 2026.

L-attività ttelgħat fil-binja tal-Kunsill Lokali fl-10 ta’ April. Bir-rebbieħa jkunu;

  • Premju għat-Tfal – Trofew Marcelle Holland: Leliani Glaum
  • Premju Żagħżugħ tas-Sena – Trofew Mario Muscat: Kirstel Giusti
  • Premju għall-Kuraġġ “Qalb ta’ Ljun” – Trofew Anthony Brincat: Lorraine Marie Farrugia
  • Premju Anzjan tas-Sena – Trofew John Mary Brincat: Rev Dun Pawl Camilleri
  • Premju Resident tas-Sena – Trofew Anthony Piscopo: Paul John Farrugia
  • Premju għall-Uffiċċjal tal-Pulizija tas-Sena – Trofew Domine Dirige Nos: PC 2028 Karen Chircop
  • Premju Ġieħ il-Floriana: Dr David Fabri

Matul is-serata, wara qbil bejn il-membri eletti fil-Kunsill, Dr Yana Vladislavovna Psaila u Julia Ann Cluett ingħataw iċ-Ċittadinanza Onorarja tal-Floriana.

Fl-istess serata waslu wkoll diskors, is-Sindku Nigel Holland, il-Viċi Sindku James Aaron Ellul u l-Arċipriet tal-Floriana l-Kan. Dun Charles Cini.

Is-serata ntemmet billi ndaqq l-Innu tal-Kunsill Lokali.

Banners fi Triq il-Miratur għal Jum il-Floriana

Il-Kunsill Lokali organizza Jum il-Floriana matul il-Ħadd 12 ta’ April. Fi Triq il-Miratur bħal kull sena ttellgħu banners ta’ personaġġi li sawru u qed isawru l-identità ta’ din il-lokalità.

Il-personaġġi ta’ din is-sena kienu;

Publio Magro

Restawratur u Induratur

Suor Loredana Galea

Madre Superjura

Kunvent Franġiskan tal-Qalb ta’ Ġesu u Ċentru ta’ Spiritwalita lejn il-Qalb ta’ Ġesu (Cave, Lazio – Italja)

Jackie Mercieca

Producer u Preżentatriċi

Julia Ann Cluett

Miss Universe Malta – Lulju 2025

Miss Universe Europe & Middle East 2025

Tyrone Curmi

Karrist rebbieħ ta’ premijiet tal-Karnival ta’ Malta

Emanuel S. Tonna

(1911-1992)

Awtur u Filantropu

President, Malta Union of Teachers

Kummissarju tal-Protezzjoni Ċivili

https://www.facebook.com/kunsilllokalifloriana/posts/pfbid0wat7qQBTjqddaFzTJKQzVNZanY61N24tmwS1j6WiCBKxueSALaEAVearhhQ35Fxnl

Spettaklu pirotekniku fuq il-Fosos tal-Floriana

Permezz ta’ konferenza tal-aħbarijiet, il-Kunsill Lokali tal-Floriana ħabbar l-aħħar dettalji dwar l-organizzazzjoni tal-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art Mekkanizzat, li din is-sena se jsir is-Sibt, 18 ta’ April 2026, fi Pjazza San Publju (fuq il-Fosos).

Fl-ewwel kummenti tiegħu, is-Sindku Nigel Holland spjega li l-Festival din is-sena, li huwa s-17-il edizzjoni, se jkun qed jieħu xejra ftit differenti, b’organizzazzjoni aktar diretta mill-Kunsill Lokali tal-Floriana. Huwa fakkar li f’kull edizzjoni, il-Kunsill dejjem fittex li jagħti opportunità lill-kmamar tan-nar biex jesebixxu l-aqwa xogħlijiet tagħhom tan-nar tal-art mekkanizzat matul dan il-Festival Nazzjonali prestiġġjuż. Is-Sindku żied li l-Kunsill se jkompli jinvesti ħin, enerġija u riżorsi biex dan l-avveniment ikompli jikber fil-kwalità u fir-reputazzjoni tiegħu sena wara sena, anke permezz ta’ kollaborazzjoni mal-Għaqda Piroteknika Maltija. Huwa enfasizza wkoll li l-impenn tal-Kunsill jibqa’ dak li jtejjeb l-istandards organizzattivi kemm fuq livell tekniku kif ukoll logistiku, sabiex il-parteċipanti jkollhom l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jippreżentaw xogħolhom.

Il-Viċi Sindku James Aaron Ellul tenna li festival bħal dan isaħħaħ il-valur storiku u kulturali tal-piroteknika f’pajjiżna, filwaqt li rrimarka li l-Maltin huma pijunieri f’dan il-qasam kemm fuq livell mekkanizzat kif ukoll pirotekniku. Huwa spjega li din is-sena l-Festival se jkun maqsum f’ħames kategoriji distinti li jiffokaw fuq tipi differenti ta’ raddieni mekkanizzati: il-Kategorija 1 (tal-Katina), il-Kategorija 2 (tal-Universal), il-Kategorija 3 (2D), il-Kategorija 4 (3D) u l-Kategorija 5 (tal-Funtani tal-Kulur). L-ewwel erbgħa jiffukaw fuq mekkaniżmi u disinji li jixegħlu prinċipalment bil-gassijiet u jduru permezz tal-funtani tal-porvli, filwaqt li l-ħames kategorija tagħti prominenza lill-funtani tal-kulur u l-effett viżiv tagħhom.

Ellul żied li kull raddiena tiġi evalwata fuq kriterji ċari bħad-disinn, il-kwalità tal-prodotti pirotekniċi, il-manifattura mekkanika u l-andament tal-ħruq skont il-pjan ippreżentat lill-ġurija. Huwa enfasizza wkoll li l-organizzazzjoni tal-festival hija strutturata b’mod rigoruż, b’limitu ta’ parteċipanti u sistema ta’ polza biex jiġu assenjati l-kategoriji u s-sekwenza tal-armar u l-ħruq. Il-ġurija, magħmula minn esperti barranin u Maltin, tevalwa kemm l-armar kif ukoll il-ħruq, filwaqt li l-parteċipanti jridu josservaw regoli stretti ta’ sigurtà, konformità legali u preżentazzjoni teknika.

Fl-istess waqt, huwa aċċenna għall-importanza li entitajiet governattivi u kulturali jagħtu aktar sostenn lill-Kunsill, hekk kif il-fondi allokati għall-Kunsilli qed jibqgħu l-istess filwaqt li l-ispejjeż għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet qed dejjem jiżdiedu, speċjalment fir-rigward tal-materja prima li jużaw l-għaqdiet tan-nar.

Ellul għalaq billi rringrazzja lill-Għaqda Piroteknika Maltija u lill-voluntiera kollha għall-impenn tagħhom, u fakkar li minkejja li dan il-festival huwa kompetizzjoni, l-artisti Maltin tan-nar jibqgħu magħqudin fl-istess spirtu ta’ kreattività biex jippreżentaw xogħol mill-ogħla livell.

EN: Through a press conference, the Floriana Local Council announced the final details regarding the organisation of the National Mechanised Ground Fireworks Festival, which this year will take place on Saturday, 18 April 2026, at St Publius Square (The Granaries), Floriana.

In his opening remarks, Mayor Nigel Holland explained that this year’s Festival, now in its 17th edition, will take on a slightly different format, with a more direct organisational role being assumed by the Floriana Local Council. He recalled that in every edition, the Council has consistently sought to provide an opportunity for fireworks factories to showcase their finest mechanised ground fireworks displays during this prestigious National Festival. The Mayor added that the Council will continue to invest time, energy and resources to further enhance the quality and reputation of this event year after year, including through collaboration with the Malta Pyrotechnic Association. He also emphasised the Council’s commitment to improving organisational standards, both on a technical and logistical level, to ensure that participants are provided with the best possible conditions to present their work.

Deputy Mayor James Aaron Ellul highlighted that festivals of this nature sustain the historical and cultural value of pyrotechnics in Malta, noting that Maltese artisans are pioneers in both mechanised and pyrotechnic fields. He explained that this year’s Festival will be divided into five distinct categories focusing on different types of mechanised structures: Category 1 (Chain), Category 2 (Universal), Category 3 (2D), Category 4 (3D) and Category 5 (Coloured Fountains). The first four categories focus on mechanisms and designs primarily powered by gas and rotated through powder fountains, while the fifth category emphasises coloured fountain effects and their visual impact.

Ellul further stated that each structure will be evaluated according to clear criteria, including design, the quality of pyrotechnic products, mechanical craftsmanship, and the execution of the burn in line with the plan submitted to the adjudicating panel. He also stressed that the organisation of the Festival is highly structured, with a limit on participants and a ballot system used to assign categories and the sequence of installation and firing. The jury, composed of both local and international experts, will assess both the installation and the firing, while participants must adhere to strict regulations regarding safety, legal compliance and technical presentation.

At the same time, he underlined the importance of increased support from governmental and cultural entities, noting that while funding allocated to Local Councils has remained unchanged, the costs associated with organising such events continue to rise, particularly with regard to the raw materials used by fireworks associations.

Ellul concluded by thanking the Malta Pyrotechnic Association and all volunteers for their dedication, and reiterated that although the Festival is a competition, Maltese fireworks artisans remain united in a shared spirit of creativity, presenting works of the highest standard.

Imħabbra d-dettalji inizjali b’rabta mal-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art Mekkanizzat

Taħt l-istqarrija wieħed jista’ jsib l-formula tar-regolamenti u l-applikazzjoni b’rabta mal-parteċipazzjoni għal dan il-Festival.

MT: Permezz ta’ konferenza tal-aħbarijiet il-Kunsill Lokali tal-Floriana ħabbar id-dettalji inizjali b’rabta mal-organizzazzjoni tal-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art Mekkanizzat, hekk kif din is-sena se jkun qed isir is-Sibt, 18 ta’ April, 2026, fi Pjazza San Publju (fuq il-Fosos).

Fl-ewwel kummenti tiegħi, is-Sindku Nigel Holland elenka l-fatt li l-Festival din is-sena, li huwa s-17-il edizzjoni, se jkun qed jieħu xejra ftit differenti, b’organizzazzjoni aktar diretta mill-Kunsill Lokali Floriana għalkemm wieħed irid jirringrazzja wkoll lill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu għall-għajnuna kbira u l-appoġġ loġistiku li reġgħet offriet l-istess awtorità fl-organizzazzjoni tal-Festival. Huwa fakkar il-fatt li f’kull edizzjoni, il-Kunsill Lokali fittex li jagħti opportunità lill-kmamar tan-nar jesebixxu l-aqwa xogħlijiet tagħhom tan-nar tal-art mekkanizzat matul dan il-Festival Nazzjonali tant prestiġġjuż. Is-Sindku tal-Floriana Nigel Holland qal li l-Kunsill ser ikompli jinvesti ħin, enerġija u riżorsi biex dan l-avveniment jikber fil-kwalità u fir-reputazzjoni tiegħu sena wara sena. Huwa żied jgħid li l-impenn tal-Kunsill huwa li jkompli jtejjeb l-istandards organizzattivi, kemm fuq livell tekniku kif ukoll fuq livell logistiku, biex il-parteċipanti jkollhom l-aħjar kundizzjonijiet possibbli sabiex jippreżentaw xogħolhom.

Il-Viċi Sindku James Aaron Ellul tenna fuq il-fatt li Festival bħal dan isostni l-valur storiku u kulturali tal-piroteknika f’pajjiżna, hekk kif fuq livell mekkanizzat u pirotekniku, il-Maltin huma pijunieri. Huwa aċċenna fuq l-importanza li entitajiet governattivi u kulturali jagħtu aktar sostenn lill-Kunsill, hekk kif kontinwament il-fondi allokati għall-Kunsilli qed jibqgħu l-istess, dan filwaqt li l-ispejjeż għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet dejjem jiżdiedu, speċjalment f’dan il-kuntest, spejjeż fuq il-materja prima li jużaw l-għaqdiet tan-Nar. Ellul għalaq billi rringrazzja lill-Għaqda Piroteknika Maltija għas-sostenn tagħhom fl-aħħar xhur, kif ukoll radd il-ħajr lill-voluntiera li jtuna din l-arti. Ellul fakkar li, minkejja li dan il-festival huwa kompetizzjoni, l-artisti Maltin tan-nar xorta waħda jingħaqdu fl-istess spirtu ta’ kreattività u se jippreżentaw xogħol mill-ogħla livell.

Fil-kummenti tagħhom, Keith Dingli u Stanley Azzopardi mill-Għaqda Piroteknika Maltija qalu li l-Festival din is-sena se jkun maqsum f’ħames kategoriji distinti li jiffokaw fuq tipi differenti ta’ raddieni mekkanizzati: il-Kategorija 1 (tal-Katina), il-Kategorija 2 (tal-Universal), il-Kategorija 3 (2D), il-Kategorija 4 (3D) u l-Kategorija 5 (tal-Funtani tal-Kulur). L-ewwel erbgħa jiffukaw fuq mekkaniżmi u disinji li jixegħlu prinċipalment bil-gassijiet u jdur permezz tal-funtani tal-porvli, filwaqt li l-ħames kategorija tagħti prominenza lill-funtani tal-kulur u l-effett viżiv tagħhom. Kull raddiena tiġi evalwata fuq kriterji ċari bħad-disinn, il-kwalità tal-prodotti pirotekniċi, il-manifattura mekkanika u l-andament tal-ħruq skont il-pjan ippreżentat lill-ġurija.

Huma qalu li l-organizzazzjoni tal-festival hija strutturata b’mod rigoruż: hemm limitu ta’ parteċipanti u sistema ta’ polza biex jiġu assenjati l-kategoriji u s-sekwenza tal-armar u l-ħruq. Il-ġurija, magħmula minn esperti barranin u Maltin, tevalwa kemm l-armar kif ukoll il-ħruq, filwaqt li l-parteċipanti jridu josservaw regoli stretti ta’ sigurtà, konformità legali u preżentazzjoni teknika. Hemm ukoll dispożizzjonijiet dwar sussidji finanzjarji, protesti u t-tħabbir tar-riżultati, biex jiġi żgurat proċess trasparenti, sigur u kompetittiv sal-aħħar.

EN: During a press conference, the Floriana Local Council announced the initial details regarding the organisation of the National Festival of Mechanised Ground Fireworks, which this year will be held on 18 April at Pjazza San Publju, on the Floriana Granaries.

In his opening remarks, Mayor Nigel Holland explained that this year’s Festival, now in its 17th edition, will take on a slightly different format, with more direct organisation by the Kunsill Lokali tal-Floriana, while also expressing gratitude to the Malta Tourism Authority for the significant assistance and logistical support it has once again provided in the organisation of the Festival. He recalled that in every edition, the Local Council has sought to offer fireworks factories the opportunity to showcase their finest works in mechanised ground fireworks during this prestigious National Festival. The Mayor of Floriana, Nigel Holland, stated that the Council will continue to invest time, energy and resources so that the event grows in quality and reputation year after year. He added that the Council’s commitment is to keep strengthening organisational standards, both on a technical and logistical level, so that participants are given the best possible conditions to present their work.

Deputy Mayor James Aaron Ellul emphasised that a Festival of this kind sustains the historical and cultural value of pyrotechnics in our country, noting that at both mechanised and pyrotechnic levels, the Maltese are pioneers. He underlined the importance of greater support from governmental and cultural entities towards the Council, pointing out that funds allocated to Local Councils have remained unchanged, while the costs of organising activities continue to increase, particularly expenses related to the raw materials used by fireworks associations. Ellul concluded by thanking the Malta Pyrotechnic Association for their support in recent months, as well as expressing gratitude to the volunteers who keep this art alive. He also recalled that, although the Festival is a competition, Maltese fireworks artists still come together in a shared spirit of creativity and will present work of the highest standard.

In their comments, Keith Dingli and Stanley Azzopardi from the Malta Pyrotechnic Association stated that this year the Festival will be divided into five distinct categories focusing on different types of mechanised wheels: Category 1 (Chain), Category 2 (Universal), Category 3 (2D), Category 4 (3D) and Category 5 (Colour Fountains). The first four categories focus on mechanisms and designs that are primarily ignited through gas effects and rotate by means of gunpowder fountains, while the fifth category places emphasis on colour fountains and their visual impact. Each wheel will be evaluated according to clear criteria such as design, the quality of pyrotechnic products, mechanical craftsmanship and the execution of the burn according to the plan presented to the jury.

They explained that the organisation of the Festival is structured in a rigorous manner: there is a limit on participants and a ballot system to assign categories as well as the sequence of installation and ignition. The jury, composed of both foreign and Maltese experts, evaluates both the installation phase and the burn itself, while participants must observe strict rules related to safety, legal compliance and technical presentation. There are also provisions regarding financial subsidies, protests and the announcement of results to ensure a transparent, safe and competitive process throughout.

Il-Karnival fi Ġnien Re Ġorġ V

Ejja u ċċelebra l-Karnival fi Ġnien Re Ġorġ V, nhar is-Sibt 14 ta’ Frar, bejn 12pm u 3pm.

Id-dħul u l-attivitajiet huwa b’xejn.

Aktar funerali milli magħmudijiet: is-sitwazzjoni reali u l-kriżi demografika fil-Floriana

Is-sitwazzjoni reali fil-Floriana hija waħda drastika, hekk kif kull ma jmur il-popolazzjoni Maltija fil-lokal dejjem qed titnaqqar, u l-komunità residenzjali dejjem qed tonqos.

Illum il-Kunsill Lokali tal-Floriana fakkar Jum il-Housing, u f’konferenza tal-aħbarjiet indirizzata mis-Sindku Nigel Holland u l-Viċi Sindku James Aaron Ellul ingħatat ħarsa lejn is-sitwazzjoni kurrenti demografika fil-lokalità tal-Floriana.

Fil-kummenti tiegħu, is-Sindku Nigel Holland ta ħarsa tas-sitwazzjoni preżenti fil-lokal, fejn sostna li ġimgħa wara ġimgħa, binja residenzjali qed tiġi kkonvertita għal aspetti kummerċjali. Huwa tenna li l-Kunsill Lokali dejjem joġġezzjona għal żvilupp bħal dan, bl-awtoritajiet li suppost jaqdu dmirhom, dejjem isibu lok biex imorru kontra l-oġġezzjoni tal-Kunsill u jabbandunaw ħajjet ir-residenti.

Huwa qal ukoll li kien hemm rieda pożittiva mir-Reġjun Port u anki mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsill Lokali.

Fl-istess konferenza s-Sindku Nigel Holland fakkar f’dak li ġara fis-sena 2000, fis-16 ta’ Jannar, hekk kif kienet sfrundat indana f’kerreja fi Triq il-Kapuċċini u ħadet il-ħajja ta’ Riccardo Cesare. Huwa kompla billi qal li filwaqt li tajjeb li nfakkru din il-memorja, nirrealizzaw l-isfidi kurrenti li l-Floriana qed issib, speċjalment anki fil-kuntest tal-popolazzjoni li kull ma jmur qed titnaqqar.

“Il-Kunsill Lokali Furjaniż se jibqa’ jinsisti, u anki ġab miegħu Kunsilli Lokali oħrajn li qed jikkumbattu l-istess sfida, issa jeħtieġ din l-isfida tan-nuqqas ta’ nies nikkumbattuha flimkien” – Nigel Holland

Nigel Holland qal li llum il-Floriana qed issib sfidi fejn anki l-iżvilupp li qed isir mhux qiegħed jirrispeta la l-pożizzjoni tal-Kunsill Lokali u wisq anqas il-Pjan Lokali tal-Awtorita’ tal-Ippjanar għall-Floriana, li fuq kollox suppost li tħares li l-ebda binja residenzjali ma’ ssir waħda kummerċjali. Huwa sostna li fis-sitwazzjoni li ninsabu, fis-snin li ġejjin, il-Floriana se jkollha biss bini ta’ uffiċini u lukandi, iżda ftit li xejn residenti.

Is-Sindku Nigel Holland żied li huwa inutli li niċċelebraw b’tant pompa u kliem sabiħ, kif ġustament qed isir, il-Kunsill Reġjonali Port bħala l-Reġjun Kulturali tas-Sena 2026, meta nafu li, bir-rata li għaddejjin, il-komunitajiet ta’ madwar il-Port il-Kbir fi żmien 20 sena ser ikunu prattikament sparixxew u kull ma ser ikun qed jeżisti huma kumplessi u abitazzjonijiet turistiċi. Filwaqt li wieħed japprezza r-riġenerazzjoni fiżika tal-lokalitajiet ta’ madwar il-Port il-Kbir li sar f’dawn l-aħħar snin, il-prijorita’ assoluta għandha tkun ir-riġenerazzjoni tal-komunitajiet ta’ madwar l-istess Port, dan biex it-tradizzjoniet rikki li jinsabu f’dawn il-lokalitajiet li, ħafna minnhom sawwru l-istorja ta’ Malta u tal-ġens Malti nnifsu, jibqgħu ħajjin.

Huwa tenna li l-popolazzjoni tal-Floriana llum naqset b’żewġ terzi meta mqabbla mal-perjodu ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Is-Sindku Nigel Holland saħaq li l-iżvilupp fil-Floriana għandu jsir bi ħsieb li jsawwar il-lokalità b’enfasi ta’tisħieħ tar-residenti fil-Floriana

Il-Viċi Sindku, James Aaron Ellul fakkar li din mhux reazzjoni tal-mument. Is-sena li għaddiet, kien ippreżenta dokument, li fih anki għadd ta’ proposti, li wassal biex titqajjem kuxjenza u jkun hemm għarfien dwar il-kriżi demografika tal-lokal. Id-dokument li kellu l-għan li fost l-oħrajn iqajjem kuxjenza u jżid l-għarfien kien ġab vot ta’ qbil, unanimu, fil-Kunsill.

Huwa qal li dan id-dokument illum qed jiġi kkonfermat, iżda akkost dan kollu, ma rajniex bidla fil-politika nazzjonali għall-kriżi li qed tiffaċċja l-Floriana u mhux biss, hekk kif il-kriżi tinsab anki f’lokalitajiet oħra tal-Port il-Kbir, inkluż il-Belt Valletta u l-Kottonera, bil-Floriana tkun pijuniera f’politika li tħares l-identità tagħha, tar-reġjun u tal-lokalitajiet rispettivi.

“Qed naffaċċjaw kriżi demografika li hija riżultat ta’ għażliet ħżiena li saru matul l-aħħar snin – il-kriżi tista’ ma tibqax jekk isiru għażliet aħjar u tibda l-implimentazzjoni ta’ dak li qed nipproponu” – James Aaron Ellul

Huwa qal li għalhekk il-Kunsill Lokali se jmur pass aktar ‘il quddiem, wara sena ta’ taħdidiet, u se jkun qed jorganizza konferenza nazzjonali f’dan ir-rigward.

James Aaron Ellul elenka li dan in-nuqqas qed iwassal għal impatt permanenti fuq il-komunità, filwaqt li tenna li din mhux kwistjoni ta’ wieħed li għandu jkun kontra l-iżvilupp, imma kwistjoni favur komunità li trid tgħix, bl-iżvilupp għandu jservi lill-komunità billi jippermetti li jkun hemm ir-residenti fil-lokal. –Huwa qal li llum il-familji, il-koppji mhux jifilħu jħallsu kirjiet għoljin u jixtru proprjetajiet; u minflok qed jidħlu fil-lokalità entitajiet kummerċjali minflok koppji żgħażagħ bil-konsegwenza li l-komunità  Furjaniża qed tisfuma

Huwa fakkar li l-istess dokument għandu għadd ta’ proposti li jekk jingħataw widen, iwasslu għal tkabbir komunitarju u reżidenzjali fil-Floriana.

Ellul għalaq billi qal li wasal iż-żmien għal azzjonijiet konkreti, fejn l-awtoritajiet li għandhom is-setgħa li jaraw li l-pjan lokali jkun rispettat, u li jaqdu dmirhom. Filwaqt li tenna li l-Floriana ma jistax ikun jibqa’ jkollha aktar funerali milli magħmudijiet.

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll il-Kunsilliera Justine Vella Palmier.

EN: More funerals than baptisms: Floriana facing deepening demographic crisis

Floriana is facing a deepening demographic and residential crisis, with its Maltese population continuing to shrink and its residential community steadily eroding, the Floriana Local Council warned on Thursday.

The issue was highlighted during a press conference held to mark Housing Day, addressed by Mayor Nigel Holland and Deputy Mayor James Aaron Ellul, where the council presented an overview of the locality’s current housing and demographic realities.

Mayor Holland said that residential buildings in Floriana are being converted into commercial premises on a regular basis, warning that this trend is accelerating the loss of residents from the locality. He said the Local Council consistently objects to such developments, but its objections are frequently overturned by the authorities responsible for planning decisions.

According to Holland, this approach is resulting in decisions that disregard both the position of the Local Council and the needs of residents. He added that there has been a positive willingness to engage on the issue from the Port Region and the Local Councils’ Association.

During the press conference, Holland also recalled the collapse of a structure in a rented property in Triq il-Kapuċċini on 16 January 2000, which claimed the life of Riccardo Cesare. While stressing the importance of remembering the tragedy, he said it also serves as a reminder of the broader challenges Floriana continues to face today.

“The Floriana Local Council will remain persistent. We have also brought together other Local Councils that are facing the same challenges. This issue of population decline now needs to be addressed collectively,” Holland said.

He warned that development in Floriana is increasingly taking place in contradiction to both the Planning Authority’s Local Plan and the council’s position, despite the plan’s stated aim of protecting residential buildings from being converted to commercial use. If current trends continue, Holland said, Floriana risks becoming a locality dominated by offices and hotels, with very few residents remaining.

Mayor Nigel Holland added that it is futile to celebrate with such pomp and fine words, as is rightly being done, the Port Regional Council being named Cultural Region of the Year 2026, when it is clear that, at the current rate, the communities around the Grand Harbour will, within the next 20 years, have practically disappeared, leaving behind little more than complexes and tourist accommodation. While the physical regeneration of localities around the Grand Harbour in recent years is to be welcomed, he said the absolute priority must be the regeneration of the communities living around the harbour.

Holland noted that Floriana’s population has declined by two thirds compared to the period following the Second World War, insisting that future development must prioritise the strengthening of the residential community and the long-term sustainability of the locality.

Deputy Mayor James Aaron Ellul said the council’s position was not a reaction to recent developments. He recalled that last year he presented a policy document outlining a number of proposals aimed at addressing the demographic challenges facing Floriana. The document, which aimed among other things to raise awareness and increase understanding of the situation, was unanimously approved by the Local Council.

Ellul said that the realities on the ground are now confirming the document’s conclusions. However, he added that there has been no corresponding change in national policy to address what he described as a demographic and residential crisis, one characterised by a declining population, the loss of residential buildings, and the weakening of community life.

He stressed that the same challenges are being experienced in other localities around the Grand Harbour, including Valletta and the Cottonera, and said Floriana is seeking to act as a pioneer in advocating policies that protect local identity at both a regional and community level.

“We are facing a demographic crisis that is the result of poor policy choices made over recent years. This crisis is not irreversible, the situation can improve if better decisions are taken and the proposals we are putting forward begin to be implemented,” Ellul said.

He added that after a year of discussions, the Floriana Local Council will be organising a national conference to focus on the issue.

Ellul said the continued decline in residents is having a lasting impact on the community, stressing that the issue is not opposition to development but ensuring that development serves a living community and allows residents to remain in the locality. The Deputy Mayor said that today families and couples can no longer afford high rents or to purchase property, and that commercial entities are moving into the locality instead of young couples. As a result, the Floriana community is steadily fading away.

He concluded by calling for concrete action from the authorities responsible for enforcing the Local Plan, warning that Floriana cannot continue along a path where it sees more funerals than baptisms.

Councillor Justine Vella Palmier was also present at the press conference.

 

 

 

LAQGĦA ANNWALI TAL-LOKALITÀ – ANNUAL LOCALITY MEETING

Għeżież Residenti, Għaqdiet, u Negozji tal-Floriana,
Is-Sindku, Viċi Sindku u l-Kunsilliera jixtiequ jistednuk sabiex tattendi għal-Laqgħa Pubblika li ser issir fl-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill li jinsab f’Dar il-Kunsill Lokali Floriana 15, Pjazza Emanuel S. Tonna, Floriana, nhar l-Erbgħa 7 ta’ Jannar 2026 fis-sebgħa ta’ filgħaxija (7:00pm)
Int mistieden/a tattendi u tagħti l-kontribut tiegħek lejn il-lokalità waqt din il-laqgħa li matulha jiġu diskussi u ppjanati l-Estimi Finanzjarji 2026.
—————————–
Dear Residents, Associations, and Businesses of Floriana,
The Mayor, Deputy Mayor and Councilors would like to invite you to attend the Annual Public Meeting that will be held at the Council’s Administrative Office located at Dar il-Kunsill Lokali Floriana 15, Pjazza Emanuel S. Tonna Floriana, on Wednesday 7th January 2026 at seven in the evening (7:00pm)
You are invited to attend and give your contribution to the locality during this meeting during which the 2026 Financial Estimates are discussed and planned.

Il-Milied u s-Sena t-Tajba

Is-Sindku, il-Viċi Sindku, il-Kunsilliera u l-ħaddiema kollha tal-Kunsill Lokali tal-Floriana jixtiequ jawguraw lilkom u l-familji tagħkom il-Milied it-Tajjeb u sena ġdida mimlija risq u barka.

 

Awguri!