L-ewwel pass, konsultazzjoni mar-residenti

Il-Kunsill Lokali ta’ Floriana approva dokument komprensiv dwar il-Pjan ta’ Riġenerazzjoni ta’ Floriana, li jindirizza l-isfidi eżistenti u jipproponi soluzzjonijiet konkreti għall-iżvilupp sostenibbli tal-lokalità.

Dan id-dokument jiffoka fuq diversi aspetti kruċjali, fosthom x’inċentivi jistgħu jingħataw għal l-isfida preżenti u kontinwa tan-nuqqas ta’ nies fil-lokal. Illum il-Floriana qed tħaddan popolazzjoni fejn l-età medja hija dik ta’ aktar minn 60 sena. Dan filwaqt li proprjetà li familji qed ifittxu, fil-Floriana, mhix affordabbli. Fid-dawl ta’ dan il-punt hemm ukoll analiżi tal-proprjetà fil-Floriana, u x’tip ta’ żvilupp wieħed jista’ jagħmel bis-sitwazzjoni kurrenti, u kif ukoll x’tip ta’ żvilupp jista’ jsir jekk jinbidlu x-xenarji.

Fost miżuri oħra li jħares dan id-dokument hemm it-trasport, il-mobilità sostenibbli, l-infrastruttura, l-ambjent u l-ispazji miftuħa, kif ukoll l-impenn biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Fost il-proposti ewlenin hemm miżuri biex itejbu l-aċċessibilità, anki fir-residenzi, kif ukoll inizjattivi biex tingħata spinta lill-ekonomija lokali u jitjiebu s-servizzi għall-komunità.

Id-dokument, li ġie ppreżentat mill-Viċi Sindku James Aaron Ellul, kiseb l-appoġġ unanimu tal-Kunsill Lokali. Din l-inizjattiva tikkonferma l-impenn tal-Kunsill biex jippromwovi futur aħjar għal Floriana, filwaqt li jsaħħaħ l-identità storika u kulturali tal-lokalità.

Id-dokument fuq kollox, l-għan primarju tiegħu huwa li jiskatta diskussjoni mar-residenti Furjaniżi u dawk konċernati, biex il-politika tar-riġenerazzjoni tal-lokal tkun dejjem imtejba u aġġornata.

Il-Kunsill ser ikompli jaħdem mill-qrib mal-awtoritajiet relevanti u l-komunità biex jiżgura li din il-politika f’dan il-pjan titwettaq b’mod konkret u effettiv.

ENGLISH

Floriana Local Council approves the locality’s Regeneration Policy

The Floriana Local Council has approved a comprehensive document outlining the locality’s Regeneration Plan, addressing existing challenges and proposing concrete solutions for sustainable development.

The document focuses on several crucial aspects, including what incentives can be introduced to tackle the persistent challenge of depopulation. Today, Floriana has a population with an average age of over 60, while property that families seek in Floriana remains unaffordable. In light of this, the document also includes an analysis of the property market in Floriana, the type of development that can currently take place, and what kind of development could be possible should conditions change.

Other key measures addressed in this document include transport, sustainable mobility, infrastructure, the environment, and open spaces, along with a commitment to improving residents’ quality of life. Among the main proposals are measures to enhance accessibility, including within residences, as well as initiatives to boost the local economy and improve community services.

The document, presented by Deputy Mayor James Aaron Ellul, received the unanimous support of the Local Council. This initiative confirms the Council’s commitment to promoting a better future for Floriana while strengthening the locality’s historical and cultural identity.

Above all, the primary aim of this document is to spark discussion with Floriana residents and stakeholders, ensuring that the regeneration policy for the locality is continuously improved and updated.  The Council will continue to work closely with the relevant authorities and the community to ensure that the policies outlined in this plan are implemented effectively and concretely.