Imfakkar jum il-mewt ta’ Dun Karm Psaila
Il-Viċi Sindku James Aaron Ellul u l-Kunsillier Dale Cachia, f’isem il-Kunsill Lokali ngħaqdu ma’ entitajiet diversi biex ifakkru l-65 anniversarju mill-mewt tal-poeta nazzjonali Malti, Dun Karm Psaila, quddiem il-monument tiegħu fil-Floriana.
B’dan il-ġest, sellmu l-memorja ta’ wieħed mill-akbar esponenti tal-letteratura Maltija, li l-kontribut tiegħu jibqa’ pilastru tal-lingwa, il-kultura u l-identità nazzjonali tagħna.


