Issir il-polza għall-parteċipananti tal-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art Mekkanizzat
Fit-30 t’Ottubru 2026 fis-6pm infetħu l-applikazzjonijiet u saret il-polza għall-parteċipazzjoni tal-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art Mekkanizzat.
Bi pjaċir ngħid li nxteħtu 14-il applikazzjoni.
13-il applikazzjonijiet minnhom għal żewġ irdieden u applikazzjoni għal raddiena waħda
Għalhekk skond ir-regolamenti u peress li kien hemm aktar minn 7 applikanti għal x2 irdieden, l-applikazzjoni ta’ raddiena waħda ġiet skartata, u wara bdiet il-polza għall-kompetituri ta’ din is-sena kif ukoll għal dik tal-edizzjoni ta’ wara.
L-ewwel 7 li ttellgħu kienu hekk (is-sekwenza torbot ukoll kif ser jintramaw fuq il-Fosos)
1. Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar Birżebbuġa
2. Għaqda tan-Nar San Gabriel Ħal Balzan
3. St Andrew Fireworks Factory, l-Unjoni Ħal Luqa
4. Kumm.Nar San Pietru fil-Ktajjen Birżebbuġa
5. St Paul Fireworks Factory Safi
6. Soċjeta Piroteknika 15 t’Awwissu Mosta
7. Kamra tan-Nar Santa Marija Ħal Għaxaq
l-oħrajn telgħu f’din is-sekwenza:
8. Fabbrika tan-Nar San Leonardu, Hal Kirkop
9. Każin San Ġużepp u Banda de Rohan, Ħaż-Żebbuġ
10. Kamra tan-Nar San Ġużepp Ħal Għaxaq
11. Għaqda tan-Nar 23 t’April Ħal Qormi
12. Kamra tan-Nar San Filep Ħaż-Żebbuġ
13. Għaqda tan-Nar San Bert Għargħur
Skont il-preferenzi li waddbu l-ewwel 7 li ntagħżlu:
Kategorija 1 Katina: ma hemm ħadd ie bla competition
Kategorija 2 Universal: hemm parteċipant x1 (22 ta’ Frar BBuga) ie bla kompetizzjoni
Kategorija 3 2D: hemm x3 kompetituri ( tal-Unjoni Ħal Luqa, San Pawl Ħal Safi, Santa Marija Ħal Għaxaq)
Kategorija 4 3D: hemm x3 kompetituri (San Gabriel Ħal Balzan, Kummissjoni Nar B’Buga, Soċjeta Piroteknika 15 t’Awwissu Mosta)
Peress li St Paul Fireworks Factory Ħal Safi ser jikkompetu, Keith Dingli informa lil kulħadd li kien qiegħed jirtira mill-għajnuna fl-organizzazzjoni u dan minħabba possibilta ta’ kunflitt ta’ interess.
Preżenti għal dan il-proċess kien hemm is-Sindku Nigel Holland u l-Kunsillier Dale Cachia flimkien mas-Segretarju responsabbli mill-Attivitajiet, Godwin Azzopardi.



