Awguri Nikole!
Kellna l-pjaċir nilqgħu fil-Kunsill Lokali lil Nikole Buhagiar, li se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-kompetizzjoni prestiġjuża ta’ Miss International 2026 fil-Ġappun ![]()
![]()
F’isem il-poplu Furjaniż, nawguraw lil Nikole kull suċċess f’din l-esperjenza unika. Kburin bik u konvinti li se tagħmel unur lil pajjiżna, kif diġà għamilt lill-Floriana.
Awguri minn qalbna, Nikole!


