
Ġenna ta’ Ġonna – 2025 – Save the date!
Il-Ħadd 19 ta’ Ottubru 2025.

F’dan il-jum aħna naħdmu flimkien ma’ diversi kumpaniji privati, entitajiet, gruppi u NGOs sabiex noffru aktar viżibilità u aċċess b’xejn għall-mużewijiet, siti storiċi, binjiet u ġonna fil-Floriana, filwaqt li noffru wkoll lill-viżitaturi numru ta’ tours, u jkunu jistgħu jżuru l-attivitajiet li se jkun hemm fl-istands fi Ġnien il-Mall.
Il-Floriana hija Ġenna ta’ Ġonna, filwaqt li bosta jżuru l-lokalità fost il-ġimgħa minħabba impenji ta’ xogħol, u ma jgawdux il-ġmiel li toffri l-lokalità, il-lokalità tal-Floriana toffri ferm aktar minn Triq Sant’Anna u l-Fosos, toffri ġmiel ieħor ta’ aktar kultura, storja u ġonna.

On this day we collaborate with various private companies, entities, groups & NGOs to provide increased exposure and free access to Floriana’s, museums, historical sites, noteworthy buildings & gardens, while also offering our visitors an array of tours, stalls and events.
Our target is to beat the dismissive perception which still exists among some factions of society, that Floriana is just St Anne Street, Offices & the Granaries.