Il-Furjaniżi se jerġgħu jiċċelebraw bi stil il-festa ta’ San Patrizju – 2017

L-għan tal-attivita’ ta’ din is-sena mhux biss huwa ta’ divertiment imma wkoll li jkun hemm kontribut għall-fondazzjoni ALS f’Malta.

Il-Festa ta’ San Patrizju, festa li ilha tiġi ċċelebrata fil-Floriana mil-bidu tas-seklu 20, speċjalment fl-inħawi ta’ Balzunetta fejn f’dawn l-inħawi kien hemm stazzjonati suldati Irlandiżi.

Din il-festa tal-qaddis prottetur tal-Irlanda għandha rabta speċjali ma dak kollu li huwa aħdar u minn hemm bdiet it-tradizzjoni li jsejħu lill-Furjaniżi bħala tal-Irish.

Din is-sena se terġa’ tiġi organizzata, attivita’ oħra fejn għar-4 sena konsekkutiva l-Kunsill Lokali tal-Floriana u l-Floriana Ajax Sports Club se jiċċelebraw din il-Festa bl-isem ta’ ‘Saint Patricks’ Sunday’ nhar il-Ħadd 19 ta’ Marzu.