St. Patrick’s Sunday – il-festa ta’ San Patrizju fil-Floriana
Il-Festa ta’ San Patrizju, li ilha tiġi ċċelebrata fil-Floriana mill-bidu tas-seklu 20. Din is-sena se tkun iċċelebrata nhar il-Ħadd 15 ta’ Marzu f’Balzunetta.
Din il-festa tal-qaddis prottetur tal-Irlanda għandha rabta speċjali ma dak kollu li huwa aħdar u kien fil-bidu tas-seklu 20 meta bdiet it-tradizzjoni li l-Furjanizi jissejjħu bħala tal-Irish. Dan hekk kif dak iż-żmien suldati Irandliżi kienu stazzjonati fiż-żona ta’ Balzunetta.
Fl-1905 imbagħad kienet intlagħbet logħba futbol bejn il-Klabb tal-Floriana u t-tim Irandiż. Dak iż-żmien it-tim ta’ Floriana FC kien jilgħab bil-kuluri aħdar u aħmar iżda wara dik il-logħba bdew jilgħabu bil-kuluri tal-irlanda, aħdar u abjad, hekk kif kien hemm skambju tal-flokkijiet wara l-partita.
Spettaklu ta’ din is-sena se jingħata minn Ryan Spiteri, Roberta Nicholls, Miss Roberta u Ziggy.
Din se tkun it-tmien edizzjoni li se tkun iċċelebrata St Patrick’s Sunday fil-Floriana b’attività konġunta bejn il-Kunsill Lokali u l-Floriana Ajax Sports Club.
Idħol fl-attività fuq Fecebook hawnhekk.