Miftuħa l-applikazzjonijiet għall-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art Mekkanizzat 2027
Il-Kunsill Lokali Floriana jħabbar li l-applikazzjonijiet għall-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art Mekkanizzat għas-sena 2027, li ser iseħħ nhar l-10 ta’ April 2027, fuq il-Fosos tal-Floriana, huma miftuħa. Id-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet hija fis-6.00pm ta’ nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru, 2026. Ir-Regolamenti tal-Festival jistgħu jinġabru mill-istess Kunsill jew billi tintbagħat email fuq floriana.lc@gov.mt

