ARA: L-attivitajiet b’rabta mal-Milied li qed jorganizza l-Kunsill

Attivitajiet tal-Milied li l-Kunsill Lokali se jkun qed jorganizza fil-jiem li ġejjin. Attivitajiet bi sħab ta’ entitajiet Furjaniżi bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali.

  • It-Tlieta 20 ta’ Diċembru 2022 mid-9.15 sas-13.00 – Attività għall-Anzjani fis-Senior Citizen Centre.L-attività ser tkun animata minn Ta’ Verna Folk Band, ikel u xorb, u nispiċċaw b’dawra fuq tal-linja l-antika.
  • Il-Ħamis 22 ta’ Diċembru 2022 fis-19.30 – kunċert mill-Assoċjazjoni Publju ta’ Malta flimkien mal-kor tat-tfal Angelic Voices u Hillon Quartet fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publju.
  • Is-Sibt 7 ta’ Jannar 2023 bejn il-11.00 u l-17.00 – Attività għat-tfal u l-familja fi Ġnien Re Ġorġ V. Aktar dettalji ‘l quddiem

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat messaġġ fuq il-paġna tal-Kunsill jew email fuq floriana.lc@gov.mt.