Inawgurat Ċentru ġdid ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani

L-anzjani Furjaniżi, li għadhom jgħixu fil-komunità, se jibdew igawdu mis-servizz ta’ Ċentru ta’ Matul il-Jum ġdid.

Dan il-proġett sar b’investiment parzjalment iffinanzjat minn fondi Ewropej, fejn is-sular ta’ fuq tal-binja tal-Kunsill Lokali, li ma kienx qiegħed jintuża, inbidel f’Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-anzjani li jgħixu fil-komunità.

Il-proġett kien jinkludi xogħlijiet biex il-binja tkun aktar aċċessibbli għall-anzjani, inkluż l-installazzjoni ta’ lift u toilets aċċessibbli. Il-proġett kien jinkludi wkoll l-installazzjoni ta’ kitchenette ġdida u kamra għar-rikreazzjoni biex l-anzjani jkollhom post adegwat fejn jissoċjalizzaw.