It-tisħiħ tal-ġemelaġġ ma’ Macerata
Is-Sindku Nigel Holland, il-Viċi Sindku James Aaron Ellul u l-Kunsillier Dale Cachia lejn tmiem Awwissu attendew għall-festi ta’ San Ġiljan f’Macerata. Matul l-attivitajiet li ġew organzzati kompla jissaħħaħ il-ġemeleġġ bejn iż-żewġ Kunsilli u kif ukoll kien hemm opportunità li nsegwu l-ħidma mill-qrib ta’ komunitajiet oħra, kemm f’kuntest ta’ organizzazzjoni u opitalità, iżda wkoll il-mod kif wieħed jesebixxi l-kultura tiegħu ma’ oħrajn.
Fost l-oħrajn, il-membri tal-Kunsill, flimkien mas-Segretarju Organizattiv Godwin Azzopardi ltaqgħu mal-Contessa Carla Compagnoni Floriani, qariba ta’ Pietro Paulo Floriani, l-inġinier li wettaq id-disinji tas-swar tal-Floriana u li fuq kollox il-lokalità tagħti ismu.
Il-Kontessa Carla Compagnoni Floriani kienet tat ukoll kontribut qawwi biex iseħħ il-ġemellaġġ bejn il-Floriana u Macerata u fil-fatt xi snin ilu kienet ingħatat ċ-Ċittadinanza Onorarja tal-Floriana mill-Kunsill.















