Il-Kummissjoni tan-Nar San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa rebbieħa tal-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat
Jitħabbru r-riżultati tal-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat 2026.
Ir-rebbieħa tal-festival kienu l-Kummissjoni tan-Nar San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa, li kisbu l-ogħla unur ta’ din il-kompetizzjoni prestiġjuża li ttellgħat fi Pjazza San Publju, fuq il-Fosos tal-Floriana, is-Sibt 18 ta’ April.
Fil-kategoriji rispettivi, dawn kienu r-riżultati:
- Kategorija 1 – Raddiena Mekkanizzata tal-Katina: Kamra tan-Nar San Filep, Ħaż-Żebbuġ – Għaqda Każin Banda San Filep (Omm il-Baned Maltin)
- Premju ta’ Mertu, Kategorija 2 – Raddiena Mekkanizzata tal-Universal: Għaqda Piroteknika San Pawl, Safi
- Kategorija 3 – Raddiena Mekkanizzata 2D: Għaqda tan-Nar Marija Bambina, Naxxar (A.D. 2012)
- Kategorija 4 – Raddiena Mekkanizzata 3D: ma kien hemm l-ebda parteċipazzjoni
- Kategorija 5 – Raddiena Mekkanizzata tal-Funtani tal-Kulur: Kummissjoni tan-Nar San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa
Il-Premju ta’ Mertu għall-isportsmanship ingħata lill-Għaqda tan-Nar Marija Bambina, Naxxar, bħala rikonoxximent għall-ispirtu sportiv u l-kontribut tagħhom matul il-festival.
Il-ġurija għal dan il-Festival kienet komposta minn Luis Fuentes minn Spanja, Mark Kelsall mir-Renju Unit u Roberto Orlando mill-Italja.
Il-Kunsill Lokali jesprimi r-ringrazzjament tiegħu lill-kmamar tan-nar kollha li pparteċipaw, kif ukoll lill-Għaqda Piroteknika Maltija, lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u lill-Valletta Waterfront għall-appoġġ u l-kollaborazzjoni tagħhom fl-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment.
Għall-preżentazzjoni tar-riżultati attendew is-Sindku Nigel Holland, il-Viċi Sindku James Aaron Ellul u l-Kunsillier Dale Cachia, flimkien ma’ Stanley Azzopardi f’isem l-Għaqda Piroteknika Maltija.








Kummissjoni tan-Nar San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa wins the National Mechanised Ground Fireworks Festival
The results of the National Mechanised Ground Fireworks Festival 2026 have been announced.
The overall winners of the festival were Kummissjoni tan-Nar San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa, who obtained the highest honour in this prestigious competition held at St. Publius Square, the Floriana Granaries, on Saturday 18 April.
The results by category were as follows:
- Category 1 – Mechanised Chain Catherine Wheel: St. Philip Fireworks Factory, Ħaż-Żebbuġ – St. Philip Band Club Association (Mother of Bands)
- Merit Award, Category 2 – Mechanised Universal Catherine Wheel: St. Paul Pyrotechnic Association, Safi
- Category 3 – Mechanised 2D Catherine Wheel: Maria Bambina Fireworks Association, Naxxar (A.D. 2012)
- Category 4 – Mechanised 3D Catherine Wheel: no participation was registered
- Category 5 – Mechanised Colour Fountain Catherine Wheel: St. Peter in Chains Fireworks Commission, Birżebbuġa
The Merit Award for Sportsmanship was presented to the Maria Bambina Fireworks Association, Naxxar, in recognition of their sportsmanship and contribution throughout the festival.
The jury for this Festival was composed of Luis Fuentes from Spain, Mark Kelsall from the United Kingdom, and Roberto Orlando from Italy.
The Local Council extends its gratitude to all participating fireworks factories, as well as to the Malta Pyrotechnic Association, the Malta Tourism Authority, and Valletta Waterfront for their support and collaboration in the organisation of this event.
Present for the awards presentation were Mayor Nigel Holland, Deputy Mayor James Aaron Ellul, and Councillor Dale Cachia, together with Stanley Azzopardi representing the Malta Pyrotechnic Association.


