Il-Floriana se tkun parti mill-World Clean Up Day
Il-Kunsill Lokali tal-Floriana qed jistieden lir-residenti, lill-komunità u lil dawk kollha li jħobbu u japprezzaw il-Floriana biex jingħaqdu magħna fis-26 ta’ Settembru għall-Jum Dinji tal-Indafa (World Clean up Day).
Din l-inizjattiva hija opportunità biex flimkien nagħtu s-sehem tagħna biex inżommu l-ambjent u l-ispazji pubbliċi tal-Floriana aktar nodfa, filwaqt li nkomplu nsaħħu s-sens ta’ responsabbiltà u kuxjenza ambjentali fil-komunità tagħna.
Dettalji tal-attività
Data: Is-Sibt, 26 ta’ Settembru
Post ta’ tluq: Kunsill Lokali tal-Floriana
Ħin: 8:30am
Dawk kollha li jixtiequ jipparteċipaw huma mħeġġa jirreġistraw billi jiskennjaw il-QR Code li jinsab fuq il-poster tal-attività.
Kull kontribut, kbir jew żgħir, jagħmel differenza.
Flimkien nistgħu nagħmlu l-Floriana aktar nadifa, aktar sabiħa u nagħtu eżempju ta’ komunità li tieħu ħsieb l-ambjent ta’ madwarha.


