Tislima lill-Contessa Carla Compagnoni Floriani
Il-Kunsill Lokali u l-komunità Furjaniża jsellmu lill-Contessa Carla Compagnoni Floriani, li ħallietna fl-aħħar sigħat.
Bħala qariba u dixxendenti ta’ Pietro Paolo Floriani, l-inġinier li ddisinja s-swar tal-Floriana u li l-lokalità tagħna ġġib ismu, hija kienet rabta importanti bejn l-istorja tal-Floriana u Macerata.
Il-kontribut tagħha biex iseħħ u jissaħħaħ il-ġemellaġġ bejn iż-żewġ lokalitajiet jibqa’ mfakkar b’rispett u gratitudni.
Il-ħsibijiet tagħna huma mal-familja tagħha u mal-komunità ta’ Macerata.
Tistrieħ fis-sliem.
Ara dak li ktibna fuq il-mezzi soċjali : https://www.facebook.com/kunsilllokalifloriana/posts/pfbid0s4yejP3EmpRbKKptFjovFVqUBwkfBUPQCJpL5ZFotqBtBN3icb2DhAsiPFkpHmDgl


