Latest News
All the news that are relevant for our small community
Fl-aħħar ġimgħat il-Kunsill Lokali tal-Floriana ssokta bil-laqgħat tiegħu mal-Kunsilli Lokali u kif ukoll entitajiet biex jiddiskutu sfida ewlenija li qed tolqot il-lokalità; il-kriżi demografika.
F’laqgħa li kellu mal-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili fi ħdan l-MCESD, il-Kunsill Lokali ppreżenta d-dokument li l-Kunsill addotta fi Frar li għadda b’rabta mal-kriżi demografika fil-lokal. In-nuqqas ta’ riġenerazzjoni tan-nies fil-Floriana ilha tinħass għal għexieren ta’ snin, bil-Kunsill Lokali approva dokument imħejji mid-Deputat Sindku James Aaron Ellul li permezz tiegħu skata proċess ta’ konsultazzjoni anki mal-Gvern u mal-Oppożizzjoni.
Is-Sindku Nigel Holland tkellem dwar kif anki l-pjan lokali mhux jiġi rispettat, fejn qed isir żvilupp mhux għal skopijiet reżidenzjali f’zoni li huma reżidenzjali. Huwa elenka wkoll li l-Kunsill Lokali qed isib appoġġ anki mir-Reġjun Port. Huwa tenna li lokalità bla komunità mhux lokalità, u għalhekk il-Kunsill Lokali tal-Floriana se jibqa’ jsostni l-politika li ssaħħaħ il-popolazzjoni tal-lokalità u mhux tħalliha titnaqqar. Is-Sindku tal-Floriana sejjaħ lill-awtoritajiet nazzjonali biex joffru aktar riżorsi u qafas legali li jsaħħaħ lill-Kunsilli Lokali. Huwa tenna li l-iskop tal-Kunsill jibqa’ wieħed: li l-Floriana terġa’ tkun lokalità b’ħajja. Nigel Holland appella wkoll lill-awtoritajiet biex jirrispettaw il-local plan u joffru aktar għajnuna lill-Floriana u lill-Furjaniżi.
Id-Deputat Sindku James Aaron Ellul aċċenna l-fatt li l-awtoritajiet li suppost jiżalvagwardjaw il-Floriana mhux jagħmlu dan, fejn ħafna drabi jintilef il-bilanċ, u l-Kunsill jitħalla waħdu, bil-limitazzjonijiet kbar li llum il-Kunsill Lokali għandhom. Huwa tenna li d-dokument li ressaq fi Frar ta lok għal aktar għarfien u tqajmet kuxjenza dwar din il-kriżi, fejn anki permezz tal-istatistika uffiċjali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wieħed jista’ jkollu stampa ċara tal-popolazzjoni tal-Floriana u x-xejra li ħadet matul l-aħħar snin. Ellul elenka li jekk is-sitwazzjoni tibqa’ kif inhi, fejn ma jkunx hemm għajnuniet addizzjonali mill-Gvern u/jew entitajiet oħra, il-kalkolu li wettaq fuq kif niżlet il-popolazzjoni tal-Maltin fil-Floriana jindika li sal-2034 ikun fadal 1,278 Malti jgħixu fil-Floriana. Bil-kalkolu ttieħed b’indikazzjonijiet mhux daqstant drastiċi.
Fost il-proposti ppreżentati fid-dokument hemm miżuri li jiffavorixxu l-użu ta’ proprjetajiet vojta għal skopijiet residenzjali, inċentivi għal familji żgħażagħ biex jissetiljaw fil-lokalità, u pjan ta’ riġenerazzjoni li jżomm l-identità storika u soċjali tal-Floriana.
Matul din il-laqgħa ġie diskuss kif il-Kunsill Lokali tal-Floriana kellu laqgħat anki mal-Kunsill Lokali tal-Birgu u l-Isla, fejn matul dawn il-laqgħat ġew diskussi materji komuni li jolqtu lill-komunità madwar il-Port il-Kbir fosthom il-kriżi demografika u d-diżintegrazzjoni tal-komunitajiet residenzjali li jmissu mal-istess port.
Id-dokument tal-Kunsill Lokali li għandu l-appoġġ mill-Kunsill kollu, kien ippreżentat liċ-Chairperson tal-MCESD David Xuereb, lis-CEO tal-MCESD Brendan Zerafa u liċ-Chairperson tal-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili fi ħdan l-MCESD Norma Camilleri. Huma indikaw li fi ħdan il-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili hemm rappreżentanza tal-Kunsill Lokali, permezz tal-Local Councils Association u għaldaqstant jkun hemm opportunità biex id-dokument tal-Kunsill Lokali jkun ukoll diskuss fl-istess kumitat.
Preżenti għal din l-istess laqgħa kien hemm is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tal-Floriana Malcolm Agius Muscat u kif ukoll il-Kunsilliera Justine Palmier.
Il-Kunsill Lokali Furjaniż japprezza l-kollaborazzjoni tal-Kunsilli ġirien, tal-entitajiet pubbliċi u tas-soċjetà ċivili, u nsejħu għal aktar impenn komuni biex jerġa’ jinbena t-tessut soċjali tal-bliet tal-Port il-Kbir. Il-Kunsill Lokali se jibqa’ jippromwovi miżuri konkreti biex jerġa’ jkun hemm bilanċ bejn l-iżvilupp urban u l-ħajja komunitarja.
Floriana Local Council continues to place the demographic crisis at the forefront of the national agenda
In recent weeks, the Floriana Local Council has continued holding meetings with other Local Councils as well as with various entities to discuss a key challenge affecting the locality — the demographic crisis.
During a meeting held with the Civil Society Committee within the MCESD, the Local Council presented the document it had adopted last February regarding the demographic challenges faced by the locality. The lack of population regeneration in Floriana has been felt for decades, with the Council approving a document prepared by Deputy Mayor James Aaron Ellul, which also initiated a consultation process with both Government and Opposition representatives.
Mayor Nigel Holland spoke about how even the local plan is often not respected, with development being permitted for non-residential purposes in residential zones. He also noted that the Local Council is receiving support from the Regional Council for the Grand Harbour area. He emphasized that a locality without a community is not a locality, and for this reason, the Floriana Local Council will continue promoting policies that strengthen the population rather than allow it to decline. The Mayor called on national authorities to provide more resources and a stronger legal framework to empower Local Councils. He reaffirmed that the Council’s main goal remains unchanged — for Floriana to once again become a living community. Mayor Holland also appealed to the authorities to respect the local plan and offer more assistance to Floriana and its residents.
Deputy Mayor James Aaron Ellul noted that the authorities responsible for safeguarding Floriana are often failing to do so, resulting in an imbalance that leaves the Council to face the situation alone, despite the major limitations that Local Councils currently face. He emphasized that the document submitted in February helped raise awareness and understanding of this crisis. Official statistics published by the National Statistics Office clearly show the population trends in Floriana over the years. Ellul explained that, based on his projections, if the situation remains unchanged and no additional support is provided by the Government or other entities, the number of Maltese residents in Floriana is expected to drop to 1,278 by 2034, based on moderate estimates. James Aaron Ellul warned that without urgent national action, Floriana risks becoming a town of memories rather than a living community.
Among the proposals presented in the document are measures to encourage the use of vacant properties for residential purposes, incentives for young families to settle in the locality, and a regeneration plan that preserves Floriana’s historic and social identity.
During this meeting, it was also discussed how the Floriana Local Council has held meetings with the Birgu and Isla Local Councils, where they addressed common issues affecting communities around the Grand Harbour — including the demographic crisis and the disintegration of traditional residential communities in the area.
The document, which enjoys the full support of the Floriana Local Council, was presented to MCESD Chairperson David Xuereb, MCESD CEO Brendan Zerafa, and Civil Society Committee Chairperson Norma Camilleri. They noted that the Civil Society Committee includes representation from the Local Councils Association, creating an opportunity for the Floriana document to be further discussed within the committee.
Also present for the meeting were the Council’s Executive Secretary Malcolm Agius Muscat and Councillor Justine Palmier.
The Floriana Local Council appreciates the collaboration of neighbouring councils, public entities, and civil society organizations, and calls for stronger joint commitment to rebuild the social fabric of the Grand Harbour towns. The Council remains determined to promote concrete measures to restore a balance between urban development and community life.
Is-Sindku Nigel Holland, il-Viċi Sindku James Aaron Ellul u l-Kunsillier Dale Cachia lejn tmiem Awwissu attendew għall-festi ta’ San Ġiljan f’Macerata. Matul l-attivitajiet li ġew organzzati kompla jissaħħaħ il-ġemeleġġ bejn iż-żewġ Kunsilli u kif ukoll kien hemm opportunità li nsegwu l-ħidma mill-qrib ta’ komunitajiet oħra, kemm f’kuntest ta’ organizzazzjoni u opitalità, iżda wkoll il-mod kif wieħed jesebixxi l-kultura tiegħu ma’ oħrajn.
F’konferenza tal-aħbarijiet imtella’ mill-Kunsill Lokali tal-Floriana, il-Kunsill Lokali ta aġġornament fuq l-aħħar żviluppi b’rabta mal-kriżi demografika li hemm fil-lokalità u kif ukoll x’seħħ matul l-aħħar ġimgħat b’rabta mar-riġenerazzjoni tal-Floriana.
Fil-kummenti tiegħu, is-Sindku Nigel Holland ta ħarsa tas-sitwazzjoni preżenti fil-lokal, fejn sostna li jinsab quddiem binja, fi Triq il-Kapuċċini ma ‘ Triq San Tumas li sfortunatment kienet waħda residenzjali u li qed tiġi kkonvertita għal aspetti kummerċjali. Huwa tenna li l-Kunsill Lokali dejjem joġġezzjona għal żvilupp bħal dan. Huwa qal li l-Kunsill Lokali, permezz tad-dokument ippreżentat mill-Viċi Sindku, James Aaron Ellul, qed isostni l-politika tiegħu għal riġenerazzjoni tal-popolazzjoni tal-lokalità. Huwa qal li wettaq kuntatt anki ma’ entitajiet u anki ma’ Kunsilli Lokali madwar il-Port il-Kbir fejn qed jikkonkorru għal diskussjonijiet mal-Kunsill tal-Floriana għal triq ‘il quddiem b’rabta mal-kriżi demografika fiz-zona. Infatti huwa tenna li l-ġimgħa d-dieħla, il-Kunsill Lokali tal-Birgu, stieden lill-Kunsill Lokali tal-Floriana biex jitkellmu dwar l-isfida tan-nuqqas tal-popolazzjoni li qed jaffaċjaw iż-żewġ lokalitajiet.
Huwa qal ukoll li kien hemm rieda pożittiva mir-Reġjun Port dwar dan u kif ukoll l-entità non governattiva – Residenti Beltin, uriet interess għal diskussjoni, hekk kif anki l-Belt Valletta qed taffaċċja sfidi simili.
Is-Sindku Nigel Holland qal li fl-aħħar jiem il-Kunsill talab li jiltaqa’ mal-Prim Ministru, bil-Prim Ministru jiddelega lill-Ministru Owen Bonnici għal laqgħa ta’ diskussjoni. Huwa qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kien talab li jiltaqa’ mal-Kunsill Furjaniż u fl-aħħar ġimgħat saret laqgħa wkoll fejn magħhom ġiet diskussa l-kriżi demografika u kif ukoll l-poltika li jeħtieġ li tkun implimentata biex titħares il-popolazzjoni tal-Floriana u l-identità tal-lokal minnha nnifisha.
Fil-messaġġ tiegħu huwa fakkar u l-Kunsill għażel li jsostni l-messaġġi tiegħi anki fil-ġimgħa tal-festa ta’ San Publju, hekk kif matul din il-ġimgħa l-lokal jieħu l-ħajja minn Furjaniżi li m’għadhomx jgħixu l-Floriana, u mbagħad matul is-sena, il-ħajja fil-lokal tkun differenti. Huwa tenna li lokalità bla komunità mhux lokalità, u għalhekk il-Kunsill Lokali tal-Floriana se jibqa’ jsostni l-politika li ssaħħaħ il-popolazzjoni tal-lokalità u mhux tħalliha titnaqqar.
Matul l-istess konferenza tkellem ukoll il-Viċi Sindku tal-Floriana, James Aaron Ellul, fejn elenka l-fatt, li d-dokument li ppreżenta ġimgħat ilu, u li kellu approvazzjoni tal-Kunsill kollu, qajjem kuxjenza dwar is-sitwazzjoni. Huwa ta ħarsa lejn il-Floriana bħala komunità, u kompla ma’ dak li diġà sostna s-Sindku, fejn sfortunatament fil-Floriana, intilef il-bilanċ. Huwa sostna li l-policy paper toffri soluzzjonijiet konkreti u fattibbli, b’allokazzjoni ta’ fondi u sussidji li jistgħu jassistu x’tip ta’ żvilupp isir fil-Floriana, b’enfasi fuq żvilupp li jsostni r-residenti u l-identità. Huwa tenna li l-investiment privat għandu rwol kruċjali biex dan isir, madanakollu jeħtieġ għajnuniet mill-Gvern jew mill-Istat, biex anki l-mod kif il-privat iħares lejn il-Floriana jinbidel u jiffoka fuq żvilupp residenzjali.
Il-Viċi Sindku James Aaron Ellul tenna li fl-aħħar ġimgħat, il-Kunsill Lokali ltaqa’ mal-Ministru Owen Bonnici, u anki mal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, fejn semgħu lill-Kunsill u t-talbiet tagħhom. Huwa hawn irringrazzja lil dawk kollha li qed juru interess fil-politika li tħares ir-residenti Furjaniżi u l-ħajja madwar il-Port il-Kbir. Huwa sejjaħ dan il-pass bħala wieħed pożittiv hekk kif id-dokument ippreżentat qajjem għarfien u li fuq kollox kif jindika wkoll id-dokument, il-missjoni hija waħda nazzjonali u li tinvolvi anki r-reġjun Port. Bil-Ministru anki jindika l-possibbiltà li jtella’ din il-materja quddiem il-Kabinett.
Huwa tenna li l-iżviluppatur m’għandux ikollu r-responsabbiltà hu li jħares il-lokal, imma fuq kollox l-Awtoritajiet kompetenti għandhom jaqdu dmirhom, li jkun hemm il-bilanċ ippjanat u li hemm anki mehmuż fil-Pjan Lokali tal-2002. Huwa qal li l-Awtorità tal-Ippjanar għandha tassew timxi mal-linji gwida li suppost issegwi u terfa’ l-piżijiet tagħha.
Il-Viċi Sindku għalaq billi appella għall-ħidma kollettiva u tenna li rieda politika mill-Kunsill Lokali tinsab hemm, jeħtieġ li din ir-rieda u l-kuraġġ politiku jkun sostnut minn min għandu aktar awtorità li jimplimenta u jaġixxi.
Il-Ġimgħa 25 ta’ April ġiet organizzata s-serata tal-premijiet ta’ Jum il-Floriana. Dawn kienu r-rebbieħa ta’ din is-sena.
Premju għat-Tfal
“Marcelle Holland”
2025
Matthew Bilardo
Premju għaż-Żgħażagħ
“Mario Muscat”
2025
Matthias Buhagiar
Premju Adult tas-Sena
“Anthony Brincat”
2025
Johann Deflavia
Premju Anzjan tas-Sena
“John Mary Brincat”
2025
Vincent Cremona
Premju Resident tas-Sena
“Anthony Piscopo”
2025
Rory Apap Brown
Premju Ufficcjal tas-Sena
“Domine Dirige Nos”
2025
Surgent Rhys Cassar
Ġieħ il-Floriana
2025
Avukat Matthew Paris
Il-Festa ta’ San Patrizju, li ilha tiġi ċċelebrata fil-Floriana mill-bidu tas-seklu 20. Din is-sena se tkun iċċelebrata nhar il-Ħadd 16 ta’ Marzu f’Balzunetta, fi Triq il-Konservatorju.
Din il-festa tal-qaddis prottetur tal-Irlanda għandha rabta speċjali ma dak kollu li huwa aħdar u kien fil-bidu tas-seklu 20 meta bdiet it-tradizzjoni li l-Furjanizi jissejjħu bħala tal-Irish. Dan hekk kif dak iż-żmien suldati Irandliżi kienu stazzjonati fiż-żona ta’ Balzunetta.
Fl-1905 imbagħad kienet intlagħbet logħba futbol bejn il-Klabb tal-Floriana u t-tim Irandiż. Dak iż-żmien it-tim ta’ Floriana FC kien jilgħab bil-kuluri aħdar u aħmar iżda wara dik il-logħba bdew jilgħabu bil-kuluri tal-irlanda, aħdar u abjad, hekk kif kien hemm skambju tal-flokkijiet wara l-partita.
Ara d-dettalji tal-attività fil-poster.
L-ewwel pass, konsultazzjoni mar-residenti Il-Kunsill Lokali ta’ Floriana approva dokument komprensiv dwar il-Pjan ta’ Riġenerazzjoni ta’ Floriana, li jindirizza l-isfidi eżistenti u jipproponi soluzzjonijiet konkreti għall-iżvilupp sostenibbli tal-lokalità. Dan id-dokument […]
Dettalji fil-poster
KURZITAJIET
Methodist Church – Floriana
Further down from this side there is the famous Floriana’s lion, built by Grand Master Vilhena. This area leads to the other side of Floriana which houses the Capuchin Convent and chapel. In this area we find also the health centre. Down this area on the other side leading to Valletta two other gardens embellish the view. Between them a hospital was built, having an excellent view of the Grand Harbour whilst being surrounded with the Kalkara Gardens. This hospital was originally named King George V Merchant Seamen`s Memorial Hospital but nowadays is known as Sir Paul Boffa Hospital.
Currently this is the 7th legislature of the Council. The Floriana Local Council is entrusted with the administration regarding the daily life of the residents of Floriana.