Issir “clean up” fiz-zona ta’ Taħt il-Forka
/in News /by James Aaron Ellul
Laqgħa bejn il-Kunsill Lokali u l-Ambaxxata tar-Repubblika tal-Irlanda
/in News /by James Aaron EllulIllum waranofsinhar, is-Sindku Nigel Holland u l-Viċi Sindku James Aaron Ellul laqgħu lill-E.T. Caroline Whelan fil-binja tal-Kunsill Lokali tal-Floriana.
Il-Kunsill Lokali tal-Floriana se jibqa’ jżomm relazzjoni sħiħa mal-Ambaxxata tal-Irlanda, relazzjoni li tirrifletti l-għeruq storiċi profondi bejn il-Floriana u l-Irlanda.
Matul il-laqgħa, iddisktejna proġett ta’ ġemellaġġ li se jsaħħaħ iktar dawn ir-rabtiet storiċi, u jġib iktar kollaborazzjoni.
Il-Kunsill Lokali jħares ‘il quddiem għal aktar koperazzjoni ![]()
![]()
![]()
—
This afternoon, Mayor Nigel Holland and Deputy Mayor James Aaron Ellul warmly welcomed H.E. Caroline Whelan to our premises.
The Floriana Local Council will continue to nurture a strong relationship with the Embassy of Ireland, reflecting the deep historical ties between Floriana and Ireland.
During the meeting, we discussed an exciting town twinning project that would further solidify these connections, fostering even greater collaboration.
The Local Council looks forward to continuing its close partnership ![]()
![]()
![]()
Issieħeb f’Sotto-Kumitat tal-Kunsill Lokali
/in News /by James Aaron EllulSOTTO-KUMITATI TAL-KUNSILL LOKALI FLORIANA
Bħalma kien isir fl-imgħoddi, il-Kunsill Lokali Floriana qed jerġa’ jwaqqaf għadd ta’ sotto-kumitati bl-iskop li jikkoinvolġi l-Furjaniżi b’mod ġenerali direttament fil-ħidma tal-istess Kunsill Lokali Floriana b’risq il-Floriana u l-komunita’ Furjaniża.
Jissokta l-ħasil tat-toroq u l-bankini fil-Floriana
/in News /by James Aaron Ellul
Dettalji għar-residenti għall-kunċert tal-Isle of MTV
/in News /by James Aaron EllulInawgurat Ċentru ġdid ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani
/in News /by James Aaron EllulL-anzjani Furjaniżi, li għadhom jgħixu fil-komunità, se jibdew igawdu mis-servizz ta’ Ċentru ta’ Matul il-Jum ġdid.
Dan il-proġett sar b’investiment parzjalment iffinanzjat minn fondi Ewropej, fejn is-sular ta’ fuq tal-binja tal-Kunsill Lokali, li ma kienx qiegħed jintuża, inbidel f’Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-anzjani li jgħixu fil-komunità.
Il-proġett kien jinkludi xogħlijiet biex il-binja tkun aktar aċċessibbli għall-anzjani, inkluż l-installazzjoni ta’ lift u toilets aċċessibbli. Il-proġett kien jinkludi wkoll l-installazzjoni ta’ kitchenette ġdida u kamra għar-rikreazzjoni biex l-anzjani jkollhom post adegwat fejn jissoċjalizzaw.


Imħabbar il-programm tal-attivitajiet b’rabta mat-300 sena mit-twaqqif tal-Floriana
/in News /by James Aaron EllulMatul il-jum tat-Tlieta ġie mħabbar il-programm tal-attivitajiet b’rabta mat-300 sena mit-twaqqif tal-Floriana.
F’konferenza tal-aħbarjiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli, is-Sindku Vincent Borg u l-President tal-Kunsill Reġjonali Port tħabbru l-aħħar dettalji ta’ l-attivitajiet li se jkunu qed isiru fil-lokal u lil hinn b’rabta ma’ dan l-anniversarju.
Il-Programm jista’ jiġi emendat u aġġornat skont l-esiġenzi.
Preżenti għal din il-konferenza kien hemm il-Viċi Sindku Albert Demarco, il-Minority Leader James Aaron Ellul u l-Kunsillier Sandra Sammut Hili.

Tnedija tal-logo uffiċjali taċ-ċelebrazzjonijiet tat-300 sena mit-twaqqif tal-Floriana
/in News /by James Aaron EllulTnedija tal-Logo Uffiċjali fl-okkażjoni tat-300 Sena mill-fondazzjoni tal-lokalità tal-Floriana mill-Gran Mastru Antonio Manuel de Vilhena nhar id-9 ta’ Mejju 1724.
Fil-ġimgħat li għaddew saret sejħa pubblika għal min kien interessat jissottometti disinn ta’ logo uffiċċjali biex jintuża matul din is-sena, u s-Sotto Kumitat għażel dan il-logo ta’ Jake Muscat minn 6 logos li ġew ippreżentati.
Jake Muscat twieled fl-10 ta’ Settembru tas-sena 2000. Mgħammed fil-knisja ta’ San Publju fil-Floriana, Jake kien edukat fl-iskola primarja, sekondarja u terzjarja tal-kulleġġ De La Salle il-Birgu qabel ma mar ikompli l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta fejn gradwa fit-teoloġija u l-istorja tal-arti u qiegħed isegwi Diploma fl-istorja Maltija. Attwalment, Jake iservi bhala uffiċjal tal-komunikazzjoni tal-Moviment Azzjoni Soċjali, segretarju tas-Soċjetà Filarmonika Vilhena, viċi-segretarju tas-Soċjetà tal-iStorja u l-Kultura Floriana, voluntier fil-Parroċċa ta’ San Publju, u membru tas-sottokumitat tat-300 Ċentinarju tal-Floriana.
Ċentru ta’ matul il-jum fil-binja tal-Kunsill
/in News /by James Aaron EllulGħaddej xogħol fuq Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani li jgħixu fil-komunità. Dan il-proġett huwa parzjalment iffinanzjat minn Fondi Norveġiżi u l-għan tiegħu hu sabiex fil-komunità tal-Floriana jinħoloq spazju fejn l-anzjani jħossuhom aktar parteċipi fil-komunità.

Contact Info
Address:
Floriana Local Council
15, Plazza Emanuel S. Tonna,
Floriana
Malta FRN 1483
Phone:
21235523, 21236951
E-Mail:
floriana.lc@gov.mt






























