Stqarrija dwar: Proġett Pilota għal Triq Sant’Anna

Proġett Pilota għal Triq Sant’ Anna –

B’referenza għall-aħbar li ħarġet mill-Ministeru, il-Ministru responsabbli mill-Ambjent Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green, Joseph Cuschieri, u li l-Kunsill Lokali tal-Floriana sar mgħarraf permezz tal-media, li tgħid li fl-2025, jittellaq proġett pilota biex Triq Sant’Anna tkun mingħajr karozzi fi ġranet magħżula, il-Kunsill Lokali Furjaniż jesprimi d-diżapprovazzjoni qawwija tiegħu li għal darb’oħra b’rabta ma’ proġett fi Triq Sant’ Anna qatt ma kien hemm diskussjoni.

Il-Kunsill Lokali tal-Floriana jfakkar li ftit tal-ġimgħat ilu għamel talba biex jiltaqa’ mal-Ministru Miriam Dalli, talba għal-laqgħa u li s’issa jidher li ma kelliex ħin sabiex tiltaqa’ mal-Kunsill Lokali.

Il-Kunsill Lokali jfakkar li l-unika laqgħa li saret bejn il-Ministeru konċernat u l-Kunsill dwar il-proġett ta’ Triq Sant’Anna, saret għax talabha l-Kunsill, u dan seħħ snin ilu. Minn dakinhar ‘l hawn qatt ma smajna xejn, għajr naraw aħbarijiet bħal dawn fuq il-media.

Mill-ġdid il-Kunsill Lokali tal-Floriana jappella biex ikun hemm rispett fil-mod kif ikunu implimentati u mħabbra l-affarijiet, dan speċjalment mill-Gvern. Il-Kunsill jappella għal diskussjoni mal-Furjaniżi b’rabta ma’ deċiżjonijiet bħal dawn, u li fuq kollox il-Kunsill Lokali jkun stmat bħala l-għola entità lokali fil-Floriana u li kull deċiżjoni li tittieħed għall-Floriana, se taffettwa l-lokalità.

Il-Kunsill Lokali tal-Floriana issa qiegħed mill-ġdid jinsisti għal laqgħa immedjata mal-Ministru kkonċernat fuq il-proġett li potenzjalment se joħloq ħafna riperkussjonijiet kbar li jaffettwaw kemm lir-residenti Furjaniżi kif ukoll lill-komunità kummerċjali Furjaniża ta’ Triq Sant’Anna.

Laqgħa bejn il-Kunsill Lokali u Friends of the Earth

Dalgħodu s-Sindku Nigel Holland u l-Viċi Sindku James Aaron Ellul iltaqgħu ma’ Friends of the Earth Malta fejn issoktaw id-diskussjonijiet b’rabta ma’ applikazzjoni għal proġett b’rabta mal-iskema Vjal Kulħadd.
Friends of the Earth hija entità li għandha l-kwartieri tagħha fil-lokal u spiss tersaq ‘il quddiem biex ittejjeb u twassal daqqa t’id.
This morning, Mayor Nigel Holland and Deputy Mayor James Aaron Ellul met with Friends of the Earth Malta, continuing discussions regarding an application for a project related to the “Vjal Kulħadd” scheme.
Friends of the Earth is an entity headquartered in the locality and often steps forward to contribute and make improvements.

Issir “clean up” fiz-zona ta’ Taħt il-Forka

Is-Sibt li għadda l-Kunsill Lokali organizza attività ta’ tindif fiz-zona ta’ Taħt il-Forka. Nirringrazzjaw lill-għaqdiet li ġew jieħdu sehem f’din l-inizjattiva.
Importanti li nibqgħu nagħmlu l-għalmu tagħna u nżommu l-lokal tagħna nadif.
Hawnhekk hawn xi ritratti li ttieħdu waqt l-attività, li juru l-ispirtu komunitarju u d-dedikazzjoni tagħna biex inżommu l-lokalità nadifa.

Last Saturday, the Local Council organized a cleaning activity in the area of Taħt il-Forka. We thank the organizations that participated in this initiative.
It is important that we continue doing our part and keep our locality clean.
Here are some snapshots captured during the activity, showcasing the community spirit and dedication to keeping our locality clean.

Laqgħa bejn il-Kunsill Lokali u l-Ambaxxata tar-Repubblika tal-Irlanda

Illum waranofsinhar, is-Sindku Nigel Holland u l-Viċi Sindku James Aaron Ellul laqgħu lill-E.T. Caroline Whelan fil-binja tal-Kunsill Lokali tal-Floriana.

Il-Kunsill Lokali tal-Floriana se jibqa’ jżomm relazzjoni sħiħa mal-Ambaxxata tal-Irlanda, relazzjoni li tirrifletti l-għeruq storiċi profondi bejn il-Floriana u l-Irlanda.

Matul il-laqgħa, iddisktejna proġett ta’ ġemellaġġ li se jsaħħaħ iktar dawn ir-rabtiet storiċi, u jġib iktar kollaborazzjoni.

Il-Kunsill Lokali jħares ‘il quddiem għal aktar koperazzjoni 🇲🇹🇮🇪☘️



This afternoon, Mayor Nigel Holland and Deputy Mayor James Aaron Ellul warmly welcomed H.E. Caroline Whelan to our premises.

The Floriana Local Council will continue to nurture a strong relationship with the Embassy of Ireland, reflecting the deep historical ties between Floriana and Ireland.

During the meeting, we discussed an exciting town twinning project that would further solidify these connections, fostering even greater collaboration.

The Local Council looks forward to continuing its close partnership 🇲🇹🇮🇪☘️

Issieħeb f’Sotto-Kumitat tal-Kunsill Lokali

SOTTO-KUMITATI TAL-KUNSILL LOKALI FLORIANA

Bħalma kien isir fl-imgħoddi, il-Kunsill Lokali Floriana qed jerġa’ jwaqqaf għadd ta’ sotto-kumitati bl-iskop li jikkoinvolġi l-Furjaniżi b’mod ġenerali direttament fil-ħidma tal-istess Kunsill Lokali Floriana b’risq il-Floriana u l-komunita’ Furjaniża.

Bit-twaqqif ta’ dawn is-sotto-kumitati, il-ħidma tal-Kunsill Lokali issir aktar effiċjenti u jistgħu jintlaħqu aħjar il-miri u l-aspirazzjonijiet tal-komunita’ Furjaniża.
L-ewwel sotto-kumitati li ser jitwaqqfu huma dawn li ġejjin:
SOTTO-KUMITAT GĦALL-INDAFA PUBBLIKA U L-AMBJENT
Is-Sotto-Kumitat għall-Indafa Pubblika u l-Ambjent huwa fost l-aktar sotto-kumitati importanti tal-Kunsill Lokali Floriana u għandu rwol mill-aktar vitali biex jgħin lill-istess kunsill lokali fil-kampanja u l-ħidma li trid issir ta’ kuljum biex il-lokalita’ sabiħa tagħna jkollha dehra li jixirqilha fejn tidħol l-indafa pubblika.
Dan is-sotto-kumitat jaħdem ukoll biex l-ambjent ġenerali tal-Floriana – toroq, ġonna, pjazez, msaġar, etc. – jilħaq l-ogħla livelli li jiġġustifikaw il-lokalita’ tagħna bħala waħda mill-isbaħ f’Malta.
SOTTO-KUMITAT GĦAR-RELAZZJONIJIET LOKALI U INTERNAZZJONALI
Dan is-sotto-kumitat jaħdem fuq ir-relazzjonijiet lokali u internazzjonali bejn il-Floriana u lokalitajiet oħra, partikolarment mar-raħal ta’ Ta’ Kerċem, li miegħu il-Floriana għandha ġemellaġġ lokali, kif ukoll mal-belt ta’ Macerata, fl-Italja, li magħha wkoll il-Floriana hija ġemellata. Dan is-sotto-kumitat jaħdem ukoll fuq xi relazzjonijiet lokali u internazzjonali oħra li jista’ jistabbilixxi il-Kunsill Lokali Floriana minn żmien għal żmien.
SOTTO-KUMITAT TA’ ST PATRICK’S (SUN)DAY
Kif kien fl-imgħoddi, dan is-sotto-kumitat jaħdem biex l-attivita’ ta’ St Patrick’s (Sun)Day organizzata mill-Kunsill Lokali Floriana tilħaq l-miri li għaliha kienet ġiet maħluqa oriġinarjament mill-istess kunsill lokali, jiġifieri li ma tkunx biss attivita’ ta’ divertiment iżda okkażjoni b’laqta kulturali wkoll li tfakkar ir-rabtiet storiċi antiki bejn il-Floriana u l-Irlanda f’diversi oqsma.
Kull min jixtieq jifforma parti minn xi wieħed, jew aktar, minn dawn is-sotto-kumitati jista’ javviċina personalment lil xi membru tal-Kunsill Lokali Floriana u jagħti d-dettalji tiegħu (Isem, Indirizz, Numru/i tat-telefon, Indirizz tal-posta-e) jew japplika direttament f’Dar il-Kunsill Lokali Floriana jew iċempel lill-kunsill lokali (21235523; 21236951) jew jibgħat id-dettalji permezz tal-posta-e: floriana.lc@gov.mt

Jissokta l-ħasil tat-toroq u l-bankini fil-Floriana

Matul dawn l-aħħar jiem il-Kunsill Lokali ħa ħsieb li jaħsel it-toroq u l-bankini ta’ uħud miz-zoni fil-lokal. Dan il-proċess ta’ tindif se jkompli f’dawn il-jiem biex issir kull triq residenzjali fil-Floriana.
Il-koperazzjoni ta’ kulħadd hija meħtieġa. Tajjeb li nżommu l-lokal tagħna nadif anki bl-azzjoni li nwettqu aħna stess.

Dettalji għar-residenti għall-kunċert tal-Isle of MTV

Parkeġġ u aċċess għar-residenti (Kunċert IoMTV) – Parking and access to residents (IoMTV Concert)
Il-Kunsill Lokali għamel l-arranġamenti meħtieġa biex il-parkeġġ li jinsab fi Triq Vincenzo Dimech (ħdejn il-klabb tal-boċċi) nhar it-Tlieta 16 ta’ Lulju 2024 ikun aċċessibbli biss għal dawk li jippreżentaw il-karta tal-identità tax-xufier irreġistrata fil-Floriana jew il-permess tal-iskema tal-parkeġġ residenzjali. Dan isir fuq bażi first come first served.
Residenti bil-mixi jistgħu jaċċessaw iż-żona tal-attività minn Gate 6 (Triq il-Mall ħdejn l-iskola tal-Mall), Gate 8 (Pjazza E.S. Tonna ħdejn il-Kunsill Lokali), u Gate 9 (Triq il-Miratur) billi jippreżentaw il-karta tal-identità u jkunu suġġetti għal tfittxija tas-sigurtà.
————
The Floriana Local Council has come to an agreement for the parking area in Triq Vincenzo Dimech (next to Boċċi Club) to be accessible only to residents presenting their resident parking scheme access or driver’s identity card registered in Floriana on Tuesday 16th July 2024.
Residents accessing the event zone by foot can go through Gate 6 (Triq il-Mall opposite to Triq Argotti), Gate 8 (Pjazza E.S. Tonna near Local Council), and Gate 9 (Triq il-Miratur) on presentation of Identity Card and subject to security checks.