Tittella’ Santa’s Swim

Fl-1 ta’ Diċembru, is-Sindku Nigel Holland u l-Viċi Sindku James Aaron Ellul, flimkien mal-Kunsill kollu, kienu mistiedna għall-attività annwali bl-isem ta’ Santa’s Swim organizzata minn Grand Hotel Excelsior Malta.

Attività li saret taħt il-patroċinju tal-ET, Myriam Spiteri Debono.
L-attività organizzata għandha l-għanjiet li filwaqt li tressaq lil-lukanda viċin aktar il-komunità, jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund Foundation.
Nawguraw li aktar attivitajiet bħal dawn jissoktaw fil-lokal tagħna.
On December 1st, Mayor Nigel Holland and Deputy Mayor James Aaron Ellul, along with the entire Floriana Local Council, were invited to the annual event called Santa’s Swim, organized by the Grand Hotel Excelsior Malta.
This event, held under the patronage of Her Excellency Myriam Spiteri Debono.
This event aimed to strengthen the connection between the hotel and the local community while raising funds for the Malta Community Chest Fund Foundation.
We hope to see more events like this in our locality in the future.

Iċċelebrat il-105 anniversarju mit-twaqqif tal-MUT

Il-Ġimgħa, 22 ta’ Novembru, 2024, il-Malta Union of Teachers ċċelebrat il-105 anniversarju mit-twaqqif tagħha fl-1919. Il-Union ingħaqdet mal-Kunsill Lokali Floriana biex iċċelebrat dan it-tragward storiku.
Fir-ritratt is-Sindku Nigel Holland, flimkien mal-President tal-MUT Marco Bonnici, u uffiċjali oħra tal-MUT.

Ħarġa għal Betlehem f’Għajnsielem

Imfakkra l-festa ta’ Kristu Re

Fuq inizjattiva tal-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta, il-Viċi Sindku James Aaron Ellul f’isem il-Kunsill kollu attenda għall-preżentazzjoni ta’ fjuri quddiem il-monument tal-Kungress Ewkaristiku tal-1913 fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Kristu Sultan.

Stqarrija dwar: Proġett Pilota għal Triq Sant’Anna

Proġett Pilota għal Triq Sant’ Anna –

B’referenza għall-aħbar li ħarġet mill-Ministeru, il-Ministru responsabbli mill-Ambjent Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green, Joseph Cuschieri, u li l-Kunsill Lokali tal-Floriana sar mgħarraf permezz tal-media, li tgħid li fl-2025, jittellaq proġett pilota biex Triq Sant’Anna tkun mingħajr karozzi fi ġranet magħżula, il-Kunsill Lokali Furjaniż jesprimi d-diżapprovazzjoni qawwija tiegħu li għal darb’oħra b’rabta ma’ proġett fi Triq Sant’ Anna qatt ma kien hemm diskussjoni.

Il-Kunsill Lokali tal-Floriana jfakkar li ftit tal-ġimgħat ilu għamel talba biex jiltaqa’ mal-Ministru Miriam Dalli, talba għal-laqgħa u li s’issa jidher li ma kelliex ħin sabiex tiltaqa’ mal-Kunsill Lokali.

Il-Kunsill Lokali jfakkar li l-unika laqgħa li saret bejn il-Ministeru konċernat u l-Kunsill dwar il-proġett ta’ Triq Sant’Anna, saret għax talabha l-Kunsill, u dan seħħ snin ilu. Minn dakinhar ‘l hawn qatt ma smajna xejn, għajr naraw aħbarijiet bħal dawn fuq il-media.

Mill-ġdid il-Kunsill Lokali tal-Floriana jappella biex ikun hemm rispett fil-mod kif ikunu implimentati u mħabbra l-affarijiet, dan speċjalment mill-Gvern. Il-Kunsill jappella għal diskussjoni mal-Furjaniżi b’rabta ma’ deċiżjonijiet bħal dawn, u li fuq kollox il-Kunsill Lokali jkun stmat bħala l-għola entità lokali fil-Floriana u li kull deċiżjoni li tittieħed għall-Floriana, se taffettwa l-lokalità.

Il-Kunsill Lokali tal-Floriana issa qiegħed mill-ġdid jinsisti għal laqgħa immedjata mal-Ministru kkonċernat fuq il-proġett li potenzjalment se joħloq ħafna riperkussjonijiet kbar li jaffettwaw kemm lir-residenti Furjaniżi kif ukoll lill-komunità kummerċjali Furjaniża ta’ Triq Sant’Anna.

Laqgħa bejn il-Kunsill Lokali u Friends of the Earth

Dalgħodu s-Sindku Nigel Holland u l-Viċi Sindku James Aaron Ellul iltaqgħu ma’ Friends of the Earth Malta fejn issoktaw id-diskussjonijiet b’rabta ma’ applikazzjoni għal proġett b’rabta mal-iskema Vjal Kulħadd.
Friends of the Earth hija entità li għandha l-kwartieri tagħha fil-lokal u spiss tersaq ‘il quddiem biex ittejjeb u twassal daqqa t’id.
This morning, Mayor Nigel Holland and Deputy Mayor James Aaron Ellul met with Friends of the Earth Malta, continuing discussions regarding an application for a project related to the “Vjal Kulħadd” scheme.
Friends of the Earth is an entity headquartered in the locality and often steps forward to contribute and make improvements.

Issir “clean up” fiz-zona ta’ Taħt il-Forka

Is-Sibt li għadda l-Kunsill Lokali organizza attività ta’ tindif fiz-zona ta’ Taħt il-Forka. Nirringrazzjaw lill-għaqdiet li ġew jieħdu sehem f’din l-inizjattiva.
Importanti li nibqgħu nagħmlu l-għalmu tagħna u nżommu l-lokal tagħna nadif.
Hawnhekk hawn xi ritratti li ttieħdu waqt l-attività, li juru l-ispirtu komunitarju u d-dedikazzjoni tagħna biex inżommu l-lokalità nadifa.

Last Saturday, the Local Council organized a cleaning activity in the area of Taħt il-Forka. We thank the organizations that participated in this initiative.
It is important that we continue doing our part and keep our locality clean.
Here are some snapshots captured during the activity, showcasing the community spirit and dedication to keeping our locality clean.