Bidla fil-ġranet tal-ġbir tal-iskart bulky

Ara r-riżultat għal post li kien vakat tas-Segretarju Eżekuttiv

B’risq dawk fil-bżonn! Ipparteċipa fil-Fun Run tal-lokalità Furjaniża

Ipparteċipa fil-Fun Run billi tirreġistra u tħalli d-donazzjoni tiegħek fil-Kunsill Lokali. Tingħata T-shirt tal-okkażjoni u voucher. Inħeġġukom tipparteċipaw biex flimkien nuru solidarjetà.

https://www.facebook.com/kunsilllokalifloriana/posts/1767452890111545

FILMATI: Il-Floriana tagħna – Our Floriana

Il-Kunsill Lokali tal-Floriana ħadem biex jagħmel reklam fuq il-lokalità permezz ta’ numru ta’ filmati li wieħed jista’ jarahom fuq il-midja soċjali kollha tal-Kunsill Lokali.  Dan huwa wieħed mill-ewwel filmati li ttella’ fl-aħħar jiem.

 

 

Ara l-filmati l-oħra hawnhekk: https://www.facebook.com/kunsilllokalifloriana/posts/1659144510942384

Furjaniżi li wettqu u għadhom jagħmlu ġieħ lil-lokal

Fl-aħħar jiem fi Triq il-Miratur twaħħlu banners tal-personaġġi li għamlu isem u ġabu, u qed iġibu unur lill-Floriana. Din is-sena minħabba li f’Jum il-Floriana ma stajniex nagħmlu attivitajiet, għażilna li bħala Kunsill nagħmlu din l-attività fil-ġimgħa ta’ Jum il-Fondazzjoni tal-Floriana, li se tkun iċċelebrata l-Ħadd li ġej, 9 ta’ Mejju.

Il-personaġġi huma: Sunny Monte (Kantant), Joe Attard (Attur), Kirstel Giusti (Content Creator), Alexander Vella (Bugħaddas,Għalliem tal-bugħaddasa), Pullu Bartolo (eks plejer ta’ Floriana FC) u Jurgen Micallef (plejer tal-waterpolo, ASA Waterpolo 1st Division Player of the Year 2019).

Laqgħa Pubblika tal-Kunsill Lokali

Il-laqgħa Pubblika tal-Kunsill Lokali għall-ewwel erba’ xhur tas-sena se tkun qed tittella’ llejla (26/04) fis-7pm.

Din il-laqgħa se tkun qed tixxandar onlajn u wieħed jista’ jaċċessaha hawnhekk: https://join.skype.com/FJ4HpdwKULhd

Minn għada se jinfetaħ Ġnien Sir Luigi Preziosi

Wara l-aħħar dettalji żvelati dwar ir-rilaxx tal-miżuri tal-Covid-19, minn għada l-ġnien ta’ Fuq is-Sur, Sir Luigi Preziosi, se jerġa’ jinfetaħ.
Importanti li l-pubbliku jobdi d-direttivi li ghadhom fis-seħħ biex nibqgħu nħarsu saħħet xulxin.

Jingħalqu l-ġonna li l-Kunsill hu responsabbli tagħhom bħala prekawzjoni

Bħala forma ta’ prekawzjoni u biex jitnaqqas it-tixrid tal-Covid-19, il-Kunsill Lokali se jżomm magħluq il-ġonna li hu responsabbli tagħhom. Il-ġonna huma Ġnien Re George V u Ġnien Sir Luigi Preziosi.
Mill-ġdid nappellaw biex nimxu mal-pariri li qed itunu l-awtoritajiet u nieħdu ħsieb kemm saħħitna u saħħet dawk l-aktar għeżież.
As a precautionary measure and to reduce the spread of Covid-19, the Local Council will keep the gardens for which it is responsible closed.
Once again we call on you to follow the advice that the authorities are giving us and take care of both our strength and the health of our loved ones.