Tibdil fl-iskeda tal-ġbir tal-iskart
/in News- It-Tnejn – skart organiku biss (borża bajda)
- It-Tlieta – skart imħallat (borża sewda)
- L-Erbgħa – skart organiku biss (borża bajda)
- Il-Ħamis – skart irriċiklat (borża griża jew ħadra)
- Il-Ġimgħa – skart organiku biss (borża bajda)
- Is-Sibt – skart imħallat (borża sewda)
Ara wkoll ir-ritratt fl-istampa ta’ hawn taħt għad-dettalji. Nitolbu l-koperazzjoni ta’ kulħadd biex il-lokal tagħna jinżamm nadif.

Awguri! Il-Milied it-Tajjeb u s-Sena t-Tajba
/in NewsIs-Sindku, il-Viċi Sindku, il-Kunsilliera u l-ħaddiema kollha tal-Kunsilli Lokali Floriana jawguraw il-Milied it-Tajjeb u sena ġdida mimilija risq u barka.
The Mayor, Deputy Mayor, the Councillors and all the staff of the Floriana Local Council wish you and your families a Happy Chistmas & a Happy New Year.
ARA: L-attivitajiet b’rabta mal-Milied li qed jorganizza l-Kunsill
/in NewsAttivitajiet tal-Milied li l-Kunsill Lokali se jkun qed jorganizza fil-jiem li ġejjin. Attivitajiet bi sħab ta’ entitajiet Furjaniżi bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali.
- It-Tlieta 20 ta’ Diċembru 2022 mid-9.15 sas-13.00 – Attività għall-Anzjani fis-Senior Citizen Centre.L-attività ser tkun animata minn Ta’ Verna Folk Band, ikel u xorb, u nispiċċaw b’dawra fuq tal-linja l-antika.
- Il-Ħamis 22 ta’ Diċembru 2022 fis-19.30 – kunċert mill-Assoċjazjoni Publju ta’ Malta flimkien mal-kor tat-tfal Angelic Voices u Hillon Quartet fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publju.
- Is-Sibt 7 ta’ Jannar 2023 bejn il-11.00 u l-17.00 – Attività għat-tfal u l-familja fi Ġnien Re Ġorġ V. Aktar dettalji ‘l quddiem
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat messaġġ fuq il-paġna tal-Kunsill jew email fuq floriana.lc@gov.mt.
Ingħaqdu magħna għall-Parata tal-Milied fil-Floriana
/in NewsIngħaqdu magħna għall-Parata tal-Milied nhar il-Ħadd 11 ta’ Diċembru fid-9.30am f ‘Balzunetta u fiz-zona tal-Knisja.
Din hija l-ewwel minn diversi attivitajiet li l-Kunsill ser ikun qed jorganizza matul il-jiem tal-festi. Fil-jiem li ġejjin se nagħtu informazzjoni dwar aktar attivitajiet.
AVVIŻ mill-Kunsill Lokali
/in NewsAgħfas fuq ir-ritratt biex taqra l-avviż.
Sindku u Viċi Sindku ġdid
/in NewsIl-Kunsill Lokali tal-Floriana jifraħ lis-Sindku l-ġdid tal-lokalità Vincent Borg li se jkun qed jokkupa dan l-irwol wara t-tluq ta’ Davina Sammut Hili mill-Kunsill biex tokkupa l-irwol ta’ Membru Parlamentari.
Albert Demarco se jkun qed jokkupa l-irwol ta’ Viċi Sindku.
Contact Info
Address:
Floriana Local Council
15, Plazza Emanuel S. Tonna,
Floriana
Malta FRN 1483
Phone:
21235523, 21236951
E-Mail:
floriana.lc@gov.mt
Latest POI
Herbert Ganado Gardens13/06/2017 - 7:31 pm
Sa Maison Gardens13/06/2017 - 10:11 am
Msida Bastions13/06/2017 - 10:09 am
Vilhena Garden03/04/2017 - 12:00 pm
Triton Fountain03/04/2017 - 11:56 am
Latest News
Imfakkar jum il-mewt ta’ Dun Karm Psaila14/10/2026 - 10:18 am
Korsijiet ta’ Animal First Aid mtella’ fil-binja tal-Kunsill Lokali tagħna12/10/2026 - 10:56 am





