Il-Kummissjoni Piroteknika Santa Katerina VM ta’ Żejtun hija r-rebbieħa tal-Festival tan-Nar tal-Art Mekkanizzat

Il-Kunsill Lokali Floriana jħabbar ir-rebbieħa tas-sittax-il edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat:

  • Kategorija A – l-aħjar Mekkanizzmu ntrebħet mill-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja, Naxxar
  • Kategorija B – l-aħjar Prodotti ntrebħet mill-Kummissjoni Piroteknika Santa Katerina VM, Banda Żejtun
  • Kategorija Ċ –  l-aħjar Eżebizzjoni Oriġinali ntrebħet mill-Kummissjoni Piroteknika Santa Katerina VM, Banda Żejtun

Ladarba l-Kummissjoni Piroteknika Santa Katerina VM, Banda Zejtun rebħet żewġ kategoriji, awtomatikament ġiet ddikjarata r-rebbieħa tal-Festival.

Il-ġurija kienet magħmula minn 3 esperti fil-piroteknika,  żewġ barranin u Malti, filwaqt li ċ-Chairperson tal-ġurija kien s-Sur Stanley Azzopardi, Membru fl-Għaqda Piroteknika Maltija.

Għall-ewwel darba ukoll, ingħata l-iSportsmanship Award, għal dik il-Kamra tan-Nar li f’dan l-ambjent kompetittiv uriet l-iktar spirtu ta’ kollaborazzjoni u fraternità mal-kompetituri l-oħra. Dan ingħata wkoll lill-Kummissjoni Piroteknika Santa Katerina VM, Banda Żejtun.

Is-Sindku tal-Floriana, Nigel Holland ippreżenta l-premijiet lir-rebbieħa.

Dan il-Festival huwa organizzat mill-Kunsill Lokali Floriana bl-għajnuna loġistika tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Il-Kunsill Furjaniż xprun biex tkun affaċjata l-kriżi demografika fil-Floriana u fil-lokalitajiet madwar il-Port il-Kbir

F’konferenza tal-aħbarijiet imtella’ mill-Kunsill Lokali tal-Floriana, il-Kunsill Lokali ta aġġornament fuq l-aħħar żviluppi b’rabta mal-kriżi demografika li hemm fil-lokalità u kif ukoll x’seħħ matul l-aħħar ġimgħat b’rabta mar-riġenerazzjoni tal-Floriana.

Fil-kummenti tiegħu, is-Sindku Nigel Holland ta ħarsa tas-sitwazzjoni preżenti fil-lokal, fejn sostna li jinsab quddiem binja, fi Triq il-Kapuċċini ma ‘ Triq San Tumas li sfortunatment kienet waħda residenzjali u li qed tiġi kkonvertita għal aspetti kummerċjali. Huwa tenna li l-Kunsill Lokali dejjem joġġezzjona għal żvilupp bħal dan. Huwa qal li l-Kunsill Lokali, permezz tad-dokument ippreżentat mill-Viċi Sindku, James Aaron Ellul, qed isostni l-politika tiegħu għal riġenerazzjoni tal-popolazzjoni tal-lokalità. Huwa qal li wettaq kuntatt anki ma’ entitajiet u anki ma’ Kunsilli Lokali madwar il-Port il-Kbir fejn qed jikkonkorru għal diskussjonijiet mal-Kunsill tal-Floriana għal triq ‘il quddiem b’rabta mal-kriżi demografika fiz-zona. Infatti huwa tenna li l-ġimgħa d-dieħla, il-Kunsill Lokali tal-Birgu, stieden lill-Kunsill Lokali tal-Floriana biex jitkellmu dwar l-isfida tan-nuqqas tal-popolazzjoni li qed jaffaċjaw iż-żewġ lokalitajiet.

Huwa qal ukoll li kien hemm rieda pożittiva mir-Reġjun Port dwar dan u kif ukoll l-entità non governattiva – Residenti Beltin, uriet interess għal diskussjoni, hekk kif anki l-Belt Valletta qed taffaċċja sfidi simili.

Is-Sindku Nigel Holland qal li fl-aħħar jiem il-Kunsill talab li jiltaqa’ mal-Prim Ministru, bil-Prim Ministru jiddelega lill-Ministru Owen Bonnici għal laqgħa ta’ diskussjoni. Huwa qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kien talab li jiltaqa’ mal-Kunsill Furjaniż u fl-aħħar ġimgħat saret laqgħa wkoll fejn magħhom ġiet diskussa l-kriżi demografika u kif ukoll l-poltika li jeħtieġ li tkun implimentata biex titħares il-popolazzjoni tal-Floriana u l-identità tal-lokal minnha nnifisha.

Fil-messaġġ tiegħu huwa fakkar u l-Kunsill għażel li jsostni l-messaġġi tiegħi anki fil-ġimgħa tal-festa ta’ San Publju, hekk kif matul din il-ġimgħa l-lokal jieħu l-ħajja minn Furjaniżi li m’għadhomx jgħixu l-Floriana, u mbagħad matul is-sena, il-ħajja fil-lokal tkun differenti. Huwa tenna li lokalità bla komunità mhux lokalità, u għalhekk il-Kunsill Lokali tal-Floriana se jibqa’ jsostni l-politika li ssaħħaħ il-popolazzjoni tal-lokalità u mhux tħalliha titnaqqar.

Matul l-istess konferenza tkellem ukoll il-Viċi Sindku tal-Floriana, James Aaron Ellul, fejn elenka l-fatt, li d-dokument li ppreżenta ġimgħat ilu, u li kellu approvazzjoni tal-Kunsill kollu, qajjem kuxjenza dwar is-sitwazzjoni. Huwa ta ħarsa lejn il-Floriana bħala komunità, u kompla ma’ dak li diġà sostna s-Sindku, fejn sfortunatament fil-Floriana, intilef il-bilanċ. Huwa sostna li l-policy paper toffri soluzzjonijiet konkreti u fattibbli, b’allokazzjoni ta’ fondi u sussidji li jistgħu jassistu x’tip ta’ żvilupp isir fil-Floriana, b’enfasi fuq żvilupp li jsostni r-residenti u l-identità. Huwa tenna li l-investiment privat għandu rwol kruċjali biex dan isir, madanakollu jeħtieġ għajnuniet mill-Gvern jew mill-Istat, biex anki l-mod kif il-privat iħares lejn il-Floriana jinbidel u jiffoka fuq żvilupp residenzjali.

Il-Viċi Sindku James Aaron Ellul tenna li fl-aħħar ġimgħat, il-Kunsill Lokali ltaqa’ mal-Ministru Owen Bonnici, u anki mal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, fejn semgħu lill-Kunsill u t-talbiet tagħhom. Huwa hawn irringrazzja lil dawk kollha li qed juru interess fil-politika li tħares ir-residenti Furjaniżi u l-ħajja madwar il-Port il-Kbir. Huwa sejjaħ dan il-pass bħala wieħed pożittiv hekk kif id-dokument ippreżentat qajjem għarfien u li fuq kollox kif jindika wkoll id-dokument, il-missjoni hija waħda nazzjonali u li tinvolvi anki r-reġjun Port. Bil-Ministru anki jindika l-possibbiltà li jtella’ din il-materja quddiem il-Kabinett.

Huwa tenna li l-iżviluppatur m’għandux ikollu r-responsabbiltà hu li jħares il-lokal, imma fuq kollox l-Awtoritajiet kompetenti għandhom jaqdu dmirhom, li jkun hemm il-bilanċ ippjanat u li hemm anki mehmuż fil-Pjan Lokali tal-2002. Huwa qal li l-Awtorità tal-Ippjanar għandha tassew timxi mal-linji gwida li suppost issegwi u terfa’ l-piżijiet tagħha.

Il-Viċi Sindku għalaq billi appella għall-ħidma kollettiva u tenna li rieda politika mill-Kunsill Lokali tinsab hemm, jeħtieġ li din ir-rieda u l-kuraġġ politiku jkun sostnut minn min għandu aktar awtorità li jimplimenta u jaġixxi.

Imtella’ s-serata tal-premijiet ta’ Jum il-Floriana

Il-Ġimgħa 25 ta’ April ġiet organizzata s-serata tal-premijiet ta’ Jum il-Floriana. Dawn kienu r-rebbieħa ta’ din is-sena.

 

Premju għat-Tfal

“Marcelle Holland”

2025

Matthew Bilardo

 

 Premju għaż-Żgħażagħ

“Mario Muscat”

2025

Matthias Buhagiar

 

Premju Adult tas-Sena

 “Anthony Brincat”

2025

Johann Deflavia

Premju Anzjan tas-Sena

“John Mary Brincat”

2025

Vincent Cremona

Premju Resident tas-Sena

“Anthony Piscopo”

2025

Rory Apap Brown

 

Premju Ufficcjal tas-Sena

“Domine Dirige Nos”

2025

Surgent Rhys Cassar

 

Ġieħ il-Floriana

2025

Avukat Matthew Paris

Ġmiel il-Floriana f’Ġenna ta’ Ġonna 2023

M’hemmx dubju li l-Floriana hija ‘Ġenna ta’ Ġonna’ għax tipposjedi l-akbar numru ta’ ġonna pubbliċi f’Malta mxerrdin mal-konfini tagħha, iżda għandha wkoll ħafna aktar x’toffri. Wara s-suċċessi fi snin preċedenti, qed inħejju għal ‘Ġenna ta’ Ġonna’ ikbar u aħjar.

Bil-kollaborazzjoni ta’ diversi organizazzjonijiet li qegħdin fil-Floriana, dakinhar se jkunu miftuħin il-ġonna kollha li għandna fil-Floriana, mużewijiet, binjiet storiċi u postijiet ta’ interess. Fid-diversi postijiet se jkun hemm gwida li tispjega l-valur storiku tal-post.

Fost l-attrazzjonijiet se jkun hemm żjarat fl-istazzjon l-antik tal-ferrovija fil-lokal, ċans li titla’ fuq il-kampnar tal-Knisja Arċipretali ta’ San Publju, il-ġonna “sigrieti” fis-swar, reċtar ta’ xeni storiċi li ġraw fil-lokalità, swieq tal-artiġġjanat, dawriet madwar il-lokallita fuq tal-linja antika bi gwida, xeni mill-isbaħ li l-Floriana għandha x’toffri u li ftit nies tul il-jum japprezzaw u kif ukoll bosta attivitajiet oħra li se jkunu mħabbra fil-jiem li ġejjin.

Għalhekk żommu l-Ħadd 8 t’Ottubru 2023 liberu biex issiru tafu aktar minn qatt qabel kemm hi sabiħa u sinjura l-Floriana tagħna fl-istorja, fl-arti u fl-ambjent tagħha.

Għal iktar informazzjoni wieħed għandu jifli din il-paġna u jista’ wkoll jikkuntattja l-Kunsill Lokali tal-Floriana fuq 2123 5523 jew email fuq floriana.lc@gov.mt.

Undoubtedly Floriana is a “Heaven of Gardens” since it possesses the largest number of public gardens on the island spread throughout this suburb. However Floriana has a lot more to offer. After the success of the previous years, we are gearing for a bigger and better “Ġenna ta’ Ġonna” (Heaven of Gardens).

In collaboration with various organisations within Floriana, on Sunday 8th October you will be able to visit all gardens, museums, historical buildings and other places of interest in our locality. A vintage bus & a guide will also take you around the locality.

Amongst the attractions there is going to be visits in the Old Floriana Railway station Also not to be missed is the opportunity to go up the bell tower of St. Publius Parish Church. Explore the secret gardens within the bastions, re-enactments, local bands, crafts markets, while enjoying scenes that only Floriana can offer. Some scenes that only a handful of people do appreciate during the day.

We urge that you keep Sunday 8th October 2023 free so you get to know how beautiful and rich Floriana is in its history, art and environment.

More activities shall be announced in the coming days, and for more information we invite you to view this event page. The Floriana Local Council can also be contacted on 21235523 or via email floriana.lc@gov.mt.

 

FILMATI: Il-Floriana tagħna – Our Floriana

Il-Kunsill Lokali tal-Floriana ħadem biex jagħmel reklam fuq il-lokalità permezz ta’ numru ta’ filmati li wieħed jista’ jarahom fuq il-midja soċjali kollha tal-Kunsill Lokali.  Dan huwa wieħed mill-ewwel filmati li ttella’ fl-aħħar jiem.

 

 

Ara l-filmati l-oħra hawnhekk: https://www.facebook.com/kunsilllokalifloriana/posts/1659144510942384

Furjaniżi li wettqu u għadhom jagħmlu ġieħ lil-lokal

Fl-aħħar jiem fi Triq il-Miratur twaħħlu banners tal-personaġġi li għamlu isem u ġabu, u qed iġibu unur lill-Floriana. Din is-sena minħabba li f’Jum il-Floriana ma stajniex nagħmlu attivitajiet, għażilna li bħala Kunsill nagħmlu din l-attività fil-ġimgħa ta’ Jum il-Fondazzjoni tal-Floriana, li se tkun iċċelebrata l-Ħadd li ġej, 9 ta’ Mejju.

Il-personaġġi huma: Sunny Monte (Kantant), Joe Attard (Attur), Kirstel Giusti (Content Creator), Alexander Vella (Bugħaddas,Għalliem tal-bugħaddasa), Pullu Bartolo (eks plejer ta’ Floriana FC) u Jurgen Micallef (plejer tal-waterpolo, ASA Waterpolo 1st Division Player of the Year 2019).

RITRATTI: Clean-Up f’zoni fil-Floriana.

Waqt il-‘Clean-Up’ ?♻️ li organizza l-Kunsill Lokali tal-Floriana dalgħodu.

? Grazzi lil kull min ta sehmu u kien preżenti. ?

➡️ Jalla iżda l-attendenza għall-attivitajiet bħal dawn tkompli żżid.

Ħobb fejn tgħix, u fejn taħdem, żomm il-Floriana nadifa. ?

St. Anne Street

STQARRIJA STAMPA – Xogħlijiet fid-Daħla tal-Belt u l-Floriana u l-Isle of MTV 2017

Il-Kunsill Lokali Floriana jagħmel referenza għax-xandir riċenti dwar xogħlijiet li preżentement huma għaddejjin fiz-zona magħrufa dik ta’ Tritoni.

Read more